Home / News / Għalikom Ċiċi l-Ispettatriċi – il-qattusa kurjuża tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Back to News Għalikom Ċiċi l-Ispettatriċi – il-qattusa kurjuża tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Festivals • Other 4th August, 2023 Tista’ tħares lejha tippassiġġa qalb il-ħwienet tal-kotba u l-esebituri, tista’ tipprova ssejħilha għax tiggustaha, imma dejjem li trid hi tagħmel, u tiġi ħdejk biss jekk trid! Nippreżentawlkom lil Ċiċi l-Ispettatriċi, it-tielet karattru minn erbgħa li se jkunu qed jidhru fuq il-powster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023. Ċiċi qattusa kurjuża – anzi ejja nsejħulha ‘spettatriċi’ – u tissimbolizza l-kurżità u aktarx l-istagħġib li jsegwi meta aħna bħala spettaturi naraw xi film jew arti performattiva mnebbħa minn ktieb li nkunu qrajna fil-passat u li kien għoġobna. Għandek xi ktieb għal qalbek li mbagħad wara rajtu film u ġiegħlek taħseb dwar kif l-esperjenza letterarja tieħu sura ġdida b’mezzi artistiċi oħrajn? Jew forsi bil-maqlub – rajt il-film u mort għall-ktieb u l-esperjenza tiegħek twessgħet? Bis-saħħa ta’ programm varjat ta’ attivitajiet , dis-sena l-pubbliku jista’ jattendi l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u jagħżel dawk l-attivitajiet li jolqtu l-gosti tiegħu. Humiex il-films letterarji, l-arti performattiva jew id-drammatiċità permezz ta’ par idejn tajbin li jafu jlibbsu ’l-kelma li sa ftit ħin qabel kienet biss serje ta’ ittri ċatti fuq karta. Biss biss, bħalma jsir ta’ kull sena, hemm ix-xows tat-tfal li jsegwu din il-filosofija, u li b’kapaċità n-nies li naħdmu magħhom se jibdlu l-istejjer rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tul is-snin f’atti performattivi u jibdlu lill-istudenti fi spettaturi – min jaf, forsi Ċiċi tintefa’ ħdejhom tammira x-xogħol! Fl-edizzjoni ta’ dis-sena se nkunu qed niċċelebraw l-effetti trasformattivi tal-letteratura – kemm meta tinqara jew tinkiteb, kif rajna bl-ewwel żewġ karattri b’Ray il-Qarrej u Filip il-Kittieb – iżda anki meta din tintiseġ f’armonija ma’ forom artistiċi oħrajn, bħalma qed naraw illum b’Ċiċi l-Ispettatriċi u kif se naraw dalwaqt bl-aħħar karattru tagħna. Mela kun bħal Ċiċi, u ejja aqta’ l-kurżità tiegħek waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Ottubru li ġej, bejn l-Erbgħa 18 u l-Ħadd 22 fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijet (MFCC), Ta’ Qali. Għall-aħħar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, segwi s-sit, il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More