Home / News / Għalikom Ċiċi l-Ispettatriċi – il-qattusa kurjuża tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Back to News Għalikom Ċiċi l-Ispettatriċi – il-qattusa kurjuża tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Festivals • Other 4th August, 2023 Tista’ tħares lejha tippassiġġa qalb il-ħwienet tal-kotba u l-esebituri, tista’ tipprova ssejħilha għax tiggustaha, imma dejjem li trid hi tagħmel, u tiġi ħdejk biss jekk trid! Nippreżentawlkom lil Ċiċi l-Ispettatriċi, it-tielet karattru minn erbgħa li se jkunu qed jidhru fuq il-powster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023. Ċiċi qattusa kurjuża – anzi ejja nsejħulha ‘spettatriċi’ – u tissimbolizza l-kurżità u aktarx l-istagħġib li jsegwi meta aħna bħala spettaturi naraw xi film jew arti performattiva mnebbħa minn ktieb li nkunu qrajna fil-passat u li kien għoġobna. Għandek xi ktieb għal qalbek li mbagħad wara rajtu film u ġiegħlek taħseb dwar kif l-esperjenza letterarja tieħu sura ġdida b’mezzi artistiċi oħrajn? Jew forsi bil-maqlub – rajt il-film u mort għall-ktieb u l-esperjenza tiegħek twessgħet? Bis-saħħa ta’ programm varjat ta’ attivitajiet , dis-sena l-pubbliku jista’ jattendi l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u jagħżel dawk l-attivitajiet li jolqtu l-gosti tiegħu. Humiex il-films letterarji, l-arti performattiva jew id-drammatiċità permezz ta’ par idejn tajbin li jafu jlibbsu ’l-kelma li sa ftit ħin qabel kienet biss serje ta’ ittri ċatti fuq karta. Biss biss, bħalma jsir ta’ kull sena, hemm ix-xows tat-tfal li jsegwu din il-filosofija, u li b’kapaċità n-nies li naħdmu magħhom se jibdlu l-istejjer rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tul is-snin f’atti performattivi u jibdlu lill-istudenti fi spettaturi – min jaf, forsi Ċiċi tintefa’ ħdejhom tammira x-xogħol! Fl-edizzjoni ta’ dis-sena se nkunu qed niċċelebraw l-effetti trasformattivi tal-letteratura – kemm meta tinqara jew tinkiteb, kif rajna bl-ewwel żewġ karattri b’Ray il-Qarrej u Filip il-Kittieb – iżda anki meta din tintiseġ f’armonija ma’ forom artistiċi oħrajn, bħalma qed naraw illum b’Ċiċi l-Ispettatriċi u kif se naraw dalwaqt bl-aħħar karattru tagħna. Mela kun bħal Ċiċi, u ejja aqta’ l-kurżità tiegħek waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Ottubru li ġej, bejn l-Erbgħa 18 u l-Ħadd 22 fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijet (MFCC), Ta’ Qali. Għall-aħħar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, segwi s-sit, il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More