Home / News / ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Back to News ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Festivals • Other 26th August, 2019 Id-duo komiku popolari Danusan u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb reġgħu għal darb’oħra ħadmu flimkien biex jittellgħu xows bil-għan li jiġu ċċelebrati l-kotba u l-qari. Dawn ix-xows huma eċċellenti għall-familji bit-tfal, għax waqt li jgħallmu tistgħu tistennew siegħa u nofs ta’ daħk u divertiment. Id-Danusan se jkunu qed jippreżentaw bil-mod uniku tagħhom xows li juru l-importanza tal-qari, u t-testi li se jużaw bħala bażi se jkunu kotba li jkunu għadhom kif rebħu l-Premju Terramaxka għat-Tfal 2019. Il-kotba rebbieħa jitħabbru waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fil-5 ta’ Novembru. ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ se jinżammu fir-Republic Hall, Dar il-Mediterran, u l-biljetti għat-tliet xows (il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru fit-8pm, is-Sibt 9 ta’ Novembru fis-7pm u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fit-3pm) issa huma disponibbli għall-bejgħ fuq is-sit tal-MCC u showshappening.com . Il-biljetti jibdew minn 5€. Ejja x-xow u meta tippreżenta l-biljett mal-bieb tingħata vawċer ta’ 3€ li tista’ ssarrfu għand kwalunkwe eżebitur li se jkun hemm waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ixtri l-biljett tiegħek minn hawnhekk. Żur ukoll il-paġna tal-Facebook tal-KNK u l-paġna tal-avveniment tal-MBF biex issir taf aktar dwar dan u avvenimenti oħra. Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 huma: L-Erbgħa 6 ta’ Novembru: 09: 00–13: 00, 17: 30–21: 30 Il-Ħamis 7 ta’ Novembru: 09: 00–13: 00, 17: 30–21: 30 Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru: 09: 00–13: 00, 17: 30–22: 00 Is-Sibt 9 ta’ Novembru: 09: 30–22: 30 Il-Ħadd 10 ta’ Novembru: 08: 30–20: 00 Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran(MCC), Triq Triq l-Isptar, Valletta, VLT 1645 SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More