Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ l-ħatra ta’ membri ġodda fil-Bord tiegħu Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ l-ħatra ta’ membri ġodda fil-Bord tiegħu Other 6th March, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, entità pubblika ddedikata li tħares il-ħtiġijiet tal-industrija tal-ktieb Malti, bi pjaċir iħabbar il-ħatra ta’ 5 membri ġodda fil-Bord tiegħu. Dal-membri ġodda se jikkontribwixxu bis-saħħa tal-għarfien speċjalizzat tagħhom, tal-perspettivi differenti, u tal-passjoni komuni li għandhom għad-dinja tal-kotba. Il-Kunsill huwa mmexxi minn Bord mhux eżekuttiv ta’ disa’ membri nnominati mill-Ministru għall-Edukazzjoni u maħtura mill-Prim Ministru għal perjodu ta’ tliet snin. Il-membri tal-Bord jistgħu jinħatru mill-ġdid wara li jiskadi t-terminu. Il-membri l-ġodda huma l-awtriċi Dr Sandra Hili Vassallo, il-pubblikatur ta’ Faraxa Publications, is-Sa Joanne Micallef, il-Maniġer ta’ Heritage Malta Publications, is-Sur Godwin Vella, il-poeta u edukatur Dr Omar Seguna, u l-awtur u lettur Dr David Aloisio, dan tal-aħħar appuntat bħala Deputat Chairperson. Il-Bord reġa’ beda l-laqgħat regolari tiegħu nhar it-Tlieta 5 ta’ Marzu biex jiddiskuti l-ħidma tal-Kunsill għal din is-sena u l-istrateġija għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħares bil-ħerqa lejn il-frott tal-isforzi kollaborattivi tal-membri l-ġodda ma’ dawk eżistenti, sabiex ikun żgurat li s-suq tal-pubblikazzjonijiet Maltin jibqa’ forma vibranti tal-espressjoni kulturali u edukattiva. Il-Membri tal-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma: Kap Eżekuttiv Mr Mark Camilleri Segretarju tal-Bord Mr Matthew Borg Deputat Chairperson Dr David Aloisio Membri oħra Sa Daniela Attard Bezzina Dr Maria Brown Dr Sandra Hili Vassallo Sa Joanne Micallef Dr Omar Seguna Mr Godwin Vella SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More