Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2022 – jitħabbru l-finalisti


[vc_row][vc_column][vc_column_text]
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2022, għal kotba ppubblikati fl-2021.
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb issa jinsab fil-45 edizzjoni tiegħu, u huwa l-ogħla premju letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi, u illustraturi. Iservi wkoll bħala pjattaforma u gwida għall-aħjar kotba ppubblikati f’Malta s-sena ta’ qabel. Il-lista ntgħażlet minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti maħtur mill-KNK skont damma ta’ kriterji stabbiliti.
Il-lista tal-2022 fiha 63 ktieb minn 199 xogħol eliġibbli li ġew sottomessi sat-28 ta’ Marzu 2022; 43 ktieb għamluha mal-finalisti fi tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, filwaqt li l-20 l-oħra huma finalisti f’sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti. Il-kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti huma r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżiji, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, it-Traduzzjoni, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika. Dawk tal-Premju Terramaxka huma x-Xogħlijiet Oriġinali għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u l-Letteratura għaż-Żgħażagħ, u Xogħol Maqlub għall-Malti għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta.
Bosta mill-kotba finalisti jidwu l-ġrajjiet u d-dibattiti kurrenti fil-pajjiż, mhux l-inqas dawk fil-kategorija tar-Rumanzi, ngħidu aħna l-possibiltà ta’ gwerra f’Lou Drofenik, Toni Sant, u Aleks Farrugia. Il-lista estensiva ta’ kotba fin-Novelli turi kemm hu popolari dal-ġeneru kemm mal-kittieba kif ukoll mal-qarrejja, u l-istess jista’ jingħad għan-numru dejjem jikber ta’ traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet minn madwar id-dinja lejn il-Malti. Hemm rappreżentazzjoni tajba fix-xogħol mhux fittizju, u l-kategoriji tar-riċerka jkomplu t-tradizzjoni ta’ lista twila u mħawra b’suġġetti Melitensia, urbaniżmu, u l-arti u l-istorja tagħha, fost oħrajn.
Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l-lista sħiħa ta’ sottomisjonijiet eliġibbli. Ir-rebbieħa jintgħażlu fix-xhur li ġejjin u jitħabbru waqt ċerimonja fl-4 ta’ Novembru.
Il-kotba finalisti kollha jinsabu għall-bejgħ mingħand bejjiegħa lokali jew minn ħwienet online, u se jkunu disponibbli wkoll waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 (23-27 ta’ Novembru) fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022 jew inizjattivi oħra tal-KNK segwuna fuq Fecbook jew żuru www.ktieb.org.mt
Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Rumanzi
Novelli
Poeżija
Drama
Letteratura mhux Fittizja
Traduzzjoni
Riċerka Ġenerali
Riċerka Bijografika u Storjografika
Il-Premju Terramaxka 2022: Kotba 2021
Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin
Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena
Letteratura għaż-Żgħażagħ
Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin
Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena
Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta
[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_gallery type=”image_grid” images=”28213,28205,28207,28201,28203,28227,28211,28209,28225,28217,28229,28219,28221,28223″][/vc_column][/vc_row]