Home / News / Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus Back to News Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 7th March, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università bi pjaċir iħabbru li qed jorganizzaw ir-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-4-5-6 ta’ April 2017. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: mill-10:00 sat-15:00 u mill-17:00 sa tard. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u d-distributuri Maltin jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, bħall-istudenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ kotba jkun hemm ukoll programm varjat ta’ attivitajiet, bl-għan li l-letteratura nippromovuha fis-sħuħija tagħha, u mhux biss bħala prodott li jinxtara. Għal dan il-għan isir ħafna ħidma ma’ organizzazzjonijiet u individwi minn oqsma differenti tax-xena kulturali tal-pajjiż sabiex il-programm ikun wieħed varjat u miftuħ għall-interessi differenti ta’ membri tal-pubbliku. Il-mistiedna speċjali tal-Festival hija Caroline Smailes. Smailes hija awtriċi rinomata ta’ diversi kotba, fosthom ‘In Search of Adam’ li kien ippubblikat fl-2007 ma’ The Friday Project/HarperCollins. Rumanzi oħra li kitbet huma ‘Like Bees to Honey’, ’99 Reasons Why’, u ‘The Drowning of Arthur Braxton’ li bħalissa qed jinħadem f’film. Caroline Smailes, li għandha parentela Maltija, twieldet Newcastle u studjat il-kitba kreattiva. Matul il-festival, Smailes ser tmexxi numru ta’ workshops fuq it-tema ta’ kitba kreattiva, kif ukoll se jkollha attività fejn ser jinqraw siltiet minn xogħolha u membri tal-pubbliku ser ikunu jistgħu jitkellmu magħha direttament. Fost attivitajiet oħra, se jkun hemm intervisti ma’ awturi, mużika lokali, films marbuta ma’ xogħlijiet letterarji, diskussjonijiet dwar il-lingwa, dawriet iggwidati mal-Biblijoteka tal-Università, u għadd ta’ kollaborazzjonijiet ma’ għaqdiet oħra, fosthom għaqdiet studenteski. Il-programm sħiħ joħroġ fil-jiem li ġejjin, u l-pubbliku jista’ jsegwi l-aħħar aġġornamenti mill-attività fuq Facebook. Il-pubblikaturi u d-distributuri li se jkunu preżenti huma HORIZONS, FARAXA BOOKS, SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI (SKS), STUDENTS PHILOSOPHICAL SOCIETY, EDE, KOTBA CALLEJA, u BDL. Uħud minn dawn il-pubblikaturi u d-distributuri se jkunu qed jorganizzaw ukoll xi attivitajiet. Ikun hemm ukoll stand tal-organizzaturi, jiġifieri tal-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, minn fejn wieħed ikun jista’ jikseb aktar tagħrif. Għal iktar tagħrif jew intervisti iktbu lil John Grech fuq john.f.grech@gov.mt jew lil Leanne Ellul fuq ghaqdatalmalti@gmail.com. Membri tal-pubbliku huma mħeġġa jerfgħu d-dati u l-ħininjiet tal-festival sabiex ikunu żguri li jistgħu iżuru l-attivitajiet li ġew imħejja għalihom. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More