Home / News / Kjarifika dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Back to News Kjarifika dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 3rd February, 2020 Fid-dawl tal-kontroversja li nqalgħet rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jikkjarifika xi punti li tqajmu fid-diskussjoni intensa fl-isfera pubblika u fix-xena letterarja tagħna. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jikkonferma li hekk kif jgħidu r-regoli, il-kotba li jidħlu għall-Premju jkunu qed jikkompetu billi jgħaddu minn tliet stadji differenti: l-ewwel stadju li huwa l-istadju tad-dħul, it-tieni stadju li huwa l-istadju tan-nominazzjoni u l-aħħar stadju li huwa l-istadju tar-rebbieħ. Ċarament, ir-regoli jagħtu l-jedd lill-aġġudikanti biex kotba li jkunu waslu fit-tieni stadju, jiġifieri l-istadju tan-nominazzjonijiet, mhux neċessarjament jgħaddu għall-aħħar stadju. Fl-istess ħin il-KNK jammetti wkoll li fl-eżitu tal-Premju ta’ din is-sena, ħarġu xi difetti fis-sistema u r-regoli kif inhuma. Il-Kunsill ma jaqbilx u qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħu li l-kummenti tal-aġġudikanti jkunu ppubblikati. Il-Kunsill lanqas jaqbel li l-ġurati għandhom ikellmu l-midja jew jispjegaw id-deċiżjoni tagħhom. Fl-istess ħin il-KNK jammetti li jista’ jkun hemm problemi f’din is-sistema tal-kummentarju u jirrimarka li dejjem se jirrispetta d-deċiżjonijiet tal-ġurati tiegħu, liema deċiżjonijiet huma finali. Il-Kunsill qiegħed ukoll jiddiskuti s-sistema tal-kummentarju, liema sistema tista’ wkoll tinbidel, flimkien mal-introduzzjoni ta’ prassi ġodda mal-ġudikanti bħal ftehim ta’ kunfidenzjalità (NDA). [add_posts category=book-prize-en show=100] SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More