Home / News / Kotba Maltin esebiti fil-Premio Invictus tal-Italja għal letteratura sportiva Back to News Kotba Maltin esebiti fil-Premio Invictus tal-Italja għal letteratura sportiva Esportazzjoni letterarja • Other 20th June, 2024 Żewġ kotba tal-isports minn awturi Maltin se jkunu esebiti għall-Premio Invictus tal-Italja, li dis-sena se jsir nhar it-12 ta’ Settembru fil-Palazzo Cateani fil-belt ta’ Latina. Goal ta’ Carmel Baldacchino u t-traduzzjoni L-aħħar sajf ta’ Berlin ta’ Mark Vella (mill-ktieb L’ultima estate di Berlino ta’ Federico Buffa u Paolo Frusca) ġew aċċettati għall-ħames edizzjoni ta’ dal-premju, li qed jilqa’ kotba minn madwar id-dinja għall-ewwel darba. Waqt konferenza stampa fit-18 ta’ Ġunju f’Ruma, li fiha tħabbret il-lista tal-finalisti, is-Segretarja Ewlenija tal-Ambaxxata Maltija fl-Italja, Maria Buttigieg, irrikonoxxiet dan l-episodju bħala “unur għax konna l-ewwel pajjiż li skatta l-internazzjonalizzazzjoni ta’ dal-premju”. Kompliet billi qalet, “Il-Ministeru għaż-Żgħażagħ ta’ Malta jaħdem ħafna sabiex ixerred il-kultura bis-saħħa tal-letteratura, u allura li nissieħbu fi premju bħalma hu l-Premio Invictus huwa importanti biex nilħqu dan l-objettiv”. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għen fil-proċess tas-sottomissjoni ta’ daż-żewġ kotba, u ħadem mill-qrib mad-Direttorat tal-UE għall-Politika Internazzjonali u l-Iżvilupp fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, u r-Riċerka u l-Innovazzjoni. Il-KNK beħsiebu jkompli jwieżen il-parteċipazzjoni ta’ awturi lokali f’dal-premju. Il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, issottolinea l-importanza li awturi Maltin jipparteċipaw f’avvenimenti bħal dawn, u saħaq li l-internazzjonalizzazzjoni tibqa’ prijorità f’xogħol il-KNK. “L-għan tagħna hu li nassiguraw li l-letteratura Maltija tkun viżibbli sewwa lil hinn minn xtutna b’riħet inizjattivi bħalma huwa l-Premio Invictus”, qal Camilleri. Filwaqt li fakkar li dan l-aspett tal-ivvjaġġar letterarju Malti se jkun wieħed mill-bastjuni li se jiggwida lill-KNK fid-dokument tal-bidu għall-istrateġija ta’ ħames snin li qed tinħema f’kollaborazzjoni mal-kumpanija ta’ konsulenza għan-negozji, il-KPMG. Ta’ min jinnota li l-Premio Invictus se jkun wieħed mill-għodda li se jirrappreżenta lill-Italja fil-Fiera tal-Kotba fi Frankfurt, li fiha wkoll l-Italja se tkun qed tipparteċipa bħala l-mistiedna ta’ unur għal din l-edizzjoni. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More