Home / News / Ryan Falzon: Ir-Rebbieħ tal-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti 2024 Back to News Ryan Falzon: Ir-Rebbieħ tal-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti 2024 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 3rd December, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iffaċilita intervista mal-kittieb u artist Ryan Falzon, wara li fiċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024 ingħata l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti. Dan l-artiklu nkiteb minn Emma Borg mis-Sunday Times of Malta, u jittratta t-tħassib u l-ambizzjonijiet ta’ Falzon bħala kittieb ġdid, huwa u jfittex li jleħħen lill-ġenerazzjoni ta’ żmienu fil-forom artistiċi differenti tiegħu. Il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti huwa wieħed minn żewġ premji speċjali li jingħataw waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – l-ieħor huwa l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura, li dis-sena mar għand l-istoriku, kritiku tal-arti u avukat tad-drittijiet tal-bniedem Giovanni Bonello. Dawn il-premji speċjali jlaqqgħu iż-żewġ trufijiet tal-vjaġġ tal-letteratura f’Malta, billi tal-ewwel jippremja lil dik il-vuċi ġdida u promettenti li qed tħabrek sabiex tagħti direzzjonijiet ġodda lil-letteratura f’Malta, u tat-tieni jweġġaħ lil dik jew dak l-awtur li ħalla impatt fuq ix-xena lokali wara ħajja ta’ kitba. Falzon intgħażel għal dal-premju b’maġġoranza mill-KNK u l-membri tal-bord tiegħu. Falzon ħalla l-marka tiegħu fil-qasam letterarju bil-pubblikazzjoni tal-ewwel rumanz tiegħu Sajf (Kotba Calleja) fl-2022, li għamilha mal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 u tfaħħar għal kif artikula b’mod astut l-ispirtu u l-buri ta’ ġenerazzjoni sħiħa ta’ millenarji Maltin. Minkejja dan, Falzon huwa diġà figura stabbilita fil-qasam artistiku f’dawn l-aħħar snin, u esebixxa l-arti viżiva tiegħu kemm Malta kif ukoll f’Berlin. Il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti mhuwiex biss premju li jingħata lil awturi li juru talent partikulari; il-premju jqis ukoll l-iżvilupp tas-sengħa letterarja u artistika ta’ dik jew dak li jmur għandu l-premju, b’mod partikulari lejn it-tħabrik personali tal-kittieb sabiex itejjeb senegħtu billi, fost oħrajn, jipparteċipa f’workshops, masterclasses jew korsijiet, inkella bil-preżenza sinjifikanti tiegħu fil-komunità tal-kittieba b’firxa ta’ xogħlijiet esperimentattivi. Tista’ taċċessa l-intervista sħiħa fuq is-Sunday Times of Malta hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More