Home / News / Taħt il-Qoxra: Giuseppe Schembri Bonaci Back to News Taħt il-Qoxra: Giuseppe Schembri Bonaci Inizjattivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi • Taħt il-Qoxra 20th September, 2020 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Giuseppe Schembri Bonaci. Mal-mistieden tkellimna dwar iż-żewġ kotba tiegħu The Unreality of Realism: An Insular Perspective on the Development of Modern Art’ u Metal and Silence: The Quest for Daringness and Authenticity in the Arts li huma finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Staqsejnieh dwar l-iskopijiet ta’ dis-sensiela ppubblikata minn Horizons, il-periferalità fl-arti Maltija, l-arti u l-poter u l-ideoloġija f’Malta, u l-insularità u l-kożmopolitaniżmu tal-artisti Maltin Josef Kalleya, Toni Pace, u Vincent Apap. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Giuseppe Schembri Bonaci studja l-Filosofija, il-Liġi u l-Arti fl-Università ta’ Malta, l-universitajiet ta’ l-Istat ta’ Kiev u ta’ Moska, u wettaq studji ta’ riċerka fl-Università ta’ ta’ Milan. Huwa l-awtur ta’ ‘Shostakovich, Britten, Stravinsky and Painters in Between: 1936’, analiżi tar-relazzjoni bejn il-moderniżmu u l-poter. Kiteb bosta kotba dwar l-Arti Moderna u Kontemporanja, il-Filosofija tal-Arti, u l-arti Maltija tas-seklu għoxrin. Huwa Professur Assoċjat fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta, koordinatur tal-Programm tal-Arti fid-Dipartiment ta’ l-Arti u l-Istorja ta’ l-Arti, Direttur Artistiku tal-Biennale tal-Arti Kontemporanja APS fil-Katidral tal-Mdina, u Direttur Artistiku ta’ Strada Stretta Concept. Bħalissa qed jaħdem fuq serje ta’ pubblikazzjonijiet tematiċi dwar it-teorija u l-istorja tal-arti Maltija tas-seklu għoxrin, fosthom il-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – The Unreality of Realism: An insular perspective on the development of modern art (Horizons, 2019), u Metal and Silence: The quest for authenticity in the arts (Horizons, 2019). Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm. SHARE POST Related Articles Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More view all similar news
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More