Home / News / Il-KNK isellem lill-poeta Philip Sciberras Back to News Il-KNK isellem lill-poeta Philip Sciberras Other 3rd October, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) isellem lill-poeta u l-Imħallef Emeritu Philip Sciberras u jibgħat l-għomor lill-familja. Sciberras jibqa’ mfakkar għall-ġabriet ta’ poeżiji li ppubblika tul ħajtu, speċjalment il-ktieb Mandala fl-1984 li minnu bosta poeżiji ġew studjati mill-istudenti tul is-snin. Kotba oħra tiegħu huma; Priżmi ma’ Dun Lawrenz Cachia fl-1968; Dawl fil-Persjani (1972); u l-aħħar ġabra tiegħu fl-2014 Mirja, li fiha l-poeżiji kollha tiegħu mill-1963 sal-2013. Sciberras kien membru tal-Moviment Qawmien Letterarju fis-sittinijiet. Il-patrimonju ta’ Sciberras mhuwiex marbut mal-poeżija biss. Il-qasam legali huwa midjun mal-Imħallef Emeritu bil-pubblikazzjoni tiegħu Alfabett tal-Kodiċi Ċivili mqassam f’10 volumi u li ħadlu snin minn ħajtu. Sciberras baqa’ għaddej sal-aħħar bil-kontribut tiegħu, hekk kif kien qed ilesti serje oħra ta’ kotba legali jisimha ‘L-Alfabett tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili’. Sentejn ilu l-KNK kien intervista lil Sciberras dwar l-interess tiegħu fil-kitba, kemm dik artistika iżda anki legali, it-tematika eżistenzjali, l-onestà bħala prerekwiżit għall-kitba radikali tal-poeżija, it-tqassim tal-pubblikazzjoni monumentali Alfabett tal-Kodiċi Ċivili, u l-influwenzi Russi u Taljani fuq il-kitba tiegħu, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk: https://ktieb.org.mt/news/taht-il-qoxra-philip-sciberras/ Fir-ritratt jidher il-poeta meta kien mistieden jaqra xogħlu waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta ftit tas-snin ilu. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More