Home / News / Il-KNK isellem lill-poeta Philip Sciberras Back to News Il-KNK isellem lill-poeta Philip Sciberras Other 3rd October, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) isellem lill-poeta u l-Imħallef Emeritu Philip Sciberras u jibgħat l-għomor lill-familja. Sciberras jibqa’ mfakkar għall-ġabriet ta’ poeżiji li ppubblika tul ħajtu, speċjalment il-ktieb Mandala fl-1984 li minnu bosta poeżiji ġew studjati mill-istudenti tul is-snin. Kotba oħra tiegħu huma; Priżmi ma’ Dun Lawrenz Cachia fl-1968; Dawl fil-Persjani (1972); u l-aħħar ġabra tiegħu fl-2014 Mirja, li fiha l-poeżiji kollha tiegħu mill-1963 sal-2013. Sciberras kien membru tal-Moviment Qawmien Letterarju fis-sittinijiet. Il-patrimonju ta’ Sciberras mhuwiex marbut mal-poeżija biss. Il-qasam legali huwa midjun mal-Imħallef Emeritu bil-pubblikazzjoni tiegħu Alfabett tal-Kodiċi Ċivili mqassam f’10 volumi u li ħadlu snin minn ħajtu. Sciberras baqa’ għaddej sal-aħħar bil-kontribut tiegħu, hekk kif kien qed ilesti serje oħra ta’ kotba legali jisimha ‘L-Alfabett tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili’. Sentejn ilu l-KNK kien intervista lil Sciberras dwar l-interess tiegħu fil-kitba, kemm dik artistika iżda anki legali, it-tematika eżistenzjali, l-onestà bħala prerekwiżit għall-kitba radikali tal-poeżija, it-tqassim tal-pubblikazzjoni monumentali Alfabett tal-Kodiċi Ċivili, u l-influwenzi Russi u Taljani fuq il-kitba tiegħu, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk: https://ktieb.org.mt/news/taht-il-qoxra-philip-sciberras/ Fir-ritratt jidher il-poeta meta kien mistieden jaqra xogħlu waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta ftit tas-snin ilu. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More