Home / News / Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Back to News Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival • News • Other 8th October, 2025 Fl-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ dis-sena se nkunu qed Niktbu mill-Ġdid, bis-saħħa tal-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 40 esebitur li flimkien se joħolqu atmosfera ċelebrattiva tal-qawwa trasformattiva li għandhom il-kotba u l-qari; esperjenza rikka u li se tispirak bil-mod uniku tal-Festival. Il-Festival issa jinsab fis-46 edizzjoni tiegħu, u dis-sena se jsir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali. Tul is-snin l-avveniment għadda minn bidliet meħtieġa sabiex jimxi maż-żminijiet, madankollu ħaġa waħda baqgħet l-istess – il-preżenza tal-aħjar pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba Maltin li se jieħdu l-ispazju kollu tal-MFCC tul ħamest ijiem. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, innota li l-KNK jinsab kuntent immens bit-tfassil tal-programm li fih aktar minn 100 attività, iżda li madankollu huma l-esebituri nfushom li jagħtu identità partikulari lil dan l-avveniment. “Minn pubblikaturi b’legat twil warajhom sa oħrajn ġodda, bejjiegħa tal-kotba, NGOs u entitajiet internazzjonali bbażati f’Malta, il-Festival jissarraf f’ċelebrazzjoni annwali tal-kotba li tiżviluppa fi mkien fejn jiltaqgħu kulturi differenti b’viżitaturi ta’ kull età u viji differenti tal-ħajja – li kollha se jsibu xi ħaġa li tolqothom u li, l-aktar importanti, tibqa’ magħhom sa wara l-Festival”, qal Camilleri. Il-lista sħiħa tal-esebituri ssibha hawnhekk. Żomm ruħek infurmat dwar dak kollu li ħabbarna sa issa! -Ara hawnhekk, hawnhekk u hawnhekk min huma t-tliet mistiedna internazzjonali. -Irfina l-ħiliet tiegħek u l-għodda tan-networking b’masterclasses u workshops esklussivi (hawnhekk) -Ikteb lit-tfal għax-xows teatrali hawnhekk -Ħares lejn il-programm sħiħ tal-attivitajiet hawnhekk Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir l-MFCC bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru. Għal aktar informazzjoni żur il-paġna tal-Festival hawnhekk. Tista’ ssib informazzjoni dwar il-Festival minn Facebook jew mill-Instagram tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More