Home / News / Sejħa Għal Sottomissjonijiet Minn Illustraturi: Esebixxi L-Illustrazzjoni Tiegħek Fl-Istand Tal-KNK Waqt Il-London Book Fair (10-12 Ta’ Marzu) Back to News Sejħa Għal Sottomissjonijiet Minn Illustraturi: Esebixxi L-Illustrazzjoni Tiegħek Fl-Istand Tal-KNK Waqt Il-London Book Fair (10-12 Ta’ Marzu) News • Literary Exports • London Book Fair 1st December, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), promotur ewlieni tal-industrija tal-kotba f’Malta, qed jistieden lill-illustraturi Maltin sabiex iressqu x-xogħol artistiku tagħhom bl-għan li jintwera fl-istand tagħna waqt il-London Book Fair 2026, li se jsir f’Kensington Olympia bejn l-10 u t-12 ta’ Marzu – sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Jannar 2026. Bħala entità pubblika, il-KNK għandu rwol importanti fil-ħidma fost il-pubblikaturi, l-awturi, l-edituri, it-tradutturi u l-illustraturi. L-għan tagħna huwa li nrawmu passjoni għal-letteratura, nissapportjaw kull forma ta’ espressjoni letterarja, u noffru servizzi essenzjali lill-industrija, inkluż promozzjoni internazzjonali. Il-KNK ilu jaħdem favur l-illustraturi, b’rikonoxximent għall-irwol tagħhom fl-industrija, li ta’ spiss jintnesa. Inizjattivi li saru diġà jinkludu t-tweżin tal-Annwal tal-MCOI għal ħames snin konsekuttivi, il-kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti għall-esebizzjoni From Illustration to Book, l-organizzazzjoni ta’ workshops immexxija minn illustraturi distinti u l-wiri ta’ xogħol minn illustraturi Maltin waqt fieri tal-kotba internazzjonali prestiġġjużi bħal-London Book Fair. Rekwiżiti għas-sottomissjoni L-illustraturi huma mistiedna jressqu proposti b’illustrazzjonijiet ippubblikati sabiex jiġu esebiti f’wirja ta’ xogħol artistiku fl-istand tal-KNK waqt il-London Book Fair 2026. 10 illustrazzjonijiet biss se jiġu magħżula għall-wirja tal-illustraturi, iżda l-illustraturi kollha li se jressqu xogħolhom se jkunu qed jagħmlu parti mill-edizzjoni tal-2026 ta’ Literature from Malta, il-katalgu tad-drittijiet barranin tal-KNK li se jitqassam waqt fieri tal-kotba internazzjonali matul is-sena. Linjigwida u dettalji Il-wirja tal-illustraturi fl-istand tal-KNK se tesebixxi 10 illustrazzjonijiet. Din hija opportunità unika biex jiġi esebit ix-xogħol artistiku tal-professjonisti f’din l-industrija (ara r-ritratt aktar ’il fuq għal rappreżentazzjoni viżwali tal-wirja tas-sena l-oħra). L-illustrazzjoni se tiġi stampata bħala parti minn full vinyl sticker wrap, u għalhekk nirrekjedu fajl tat-tip PDF jew tiff b’reżoluzzjoni għolja, lest biex jiġi stampat. Ressaq illustrazzjoni li tirrappreżenta x-xogħol tiegħek f’format għall-wisa’ (landscape), ta’ 891mm (wisa’) x 594mm (tul), 300 dpi, CMYK u pdf/tiff (bleed mhix neċessarja), flimkien mad-dettalji t’hawn taħt: Isem tal-illustratur Indirizz elettroniku Mezzi soċjali u/jew sit Bijonota (mhux aktar minn 50 kelma) L-ispazju jista’ jiġi utilizzat kif mixtieq, u tista’ anki tinkludi aktar minn illustrazzjoni waħda. Ħares lejn ir-ritratt mehmuż biex tispira ruħek. Għeluq is-sottomissjonijiet L-applikazzjoni trid taslilna bis-Submittable sa mhux aktar tard mit-Tlieta 5 ta’ Jannar 2026. L-applikanti jistgħu jissottomettu xogħolhom billi jsegwu dil-ħolqa. Il-proċess biex jintgħażlu l-illustrazzjonijiet se jsir minn bord ta’ aġġudikanti li se jevalwaw il-proposti sottomessi kollha biex jagħżlu l-aktar illustrazzjonijiet rappreżentattivi u li jolqtu l-għajn. B’enfasi fuq il-kreattività kif ukoll il-kwalità, il-bord se jagħżel 10 illustrazzjonijiet li jirriflettu t-talent varjat u l-espressjoni artistika għanja tal-illustraturi Maltin. Il-kollaborazzjoni bejn il-membri tal-bord se tassigura proċess ta’ selezzjoni ġust u komprensiv. Jekk għandek xi mistoqsijiet, ibgħat email lil Ivania Attard fuq ivania.attard@gov.mt. L-applikanti jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom bis-Submittable minn hawnhekk sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Jannar 2026. SHARE POST Related Articles L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Il-KNK Jilqa’ Żewġ Membri Ġodda fit-Tim Tiegħu News 31st October, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More view all similar news
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More