Home / News / Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Back to News Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals • Malta Book Festival • News • Other 18th May, 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jinsab ħerqan biex jiżvela l-logo u t-tema ta’ edizzjoni oħra tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li se jsir bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali. Din is-sena, għandna talba waħda għal dawk li se jattendu: ‘Skopri l-Istorja’ – missjoni xierqa għaċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-kultura tal-kotba f’Malta, li issa dieħla fis-47 edizzjoni tagħha! Għal darb’oħra b’kollaborazzjoni ma’ Angele Azzopardi ta’ UNGL Studio, il-KNK huwa ħerqan li jinawgura b’mod uffiċjali l-materjal promozzjonali għall-avveniment, b’identità viżwali li taqbel mat-tema investigattiva u esploratorja għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ dan l-avveniment kruċjali fil-kalendarju kulturali Malti. “Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar inizjattiva prominenti tal-Kunsill għall-pubbliku, imsejsa fuq legat twil iżda li evolva tul is-snin sabiex ilaħħaq max-xejriet dejjem jinbidlu tal-qari, tad-demografija u tal-użanzi kulturali,” spjega ċ-Chairperson Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri. “Għalkemm jeħtieġ li nqisu l-bidla u t-tiġdid – kif għamilna b’suċċess kbir matul l-edizzjoni rekord tas-sena li għaddiet – aħna qegħdin hawn ukoll sabiex niċċelebraw l-pedament tal-festival u anke tal-kotba li jimlewh: li tiftaħ dak il-ktieb perfett li jinħass daqslikieku nkiteb speċifikament għalik, xprunat mis-sentiment ta’ skoperta friska u possibbiltajiet bla tmiem,” żied jgħid Camilleri. Madankollu, it-tema ma tiqafx hemm. “Fix-xhur li ġejjin se nħabbru l-mistednin speċjali eċitanti għall-edizzjoni ta’ din is-sena. U l-att ta’ investigazzjoni u skoperta jinsab fil-qalba ta’ xogħolhom,” stqarr Camilleri, filwaqt li żied jgħid li l-awturi inkwistjoni jinkludu kittieb globali li biegħ eluf ta’ kotba ta’ ġeneru letterarju popolari ħafna, u kittieba li qed tagħmel isem fil-letteratura Ewropea u li tfaħħret fost il-kritiċi. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru fil-ħinijiet li ġejjin: L-Erbgħa 4/11 09:00-21:00 Il-Ħamis 5/11 09:00-13:00; 17:00-21:00 Il-Ġimgħa 6/11 09:00-13:00; 17:00-21:00 Is-Sibt 7/11 09:00-21:00 Il-Ħadd 8/11 09:00-20:00 Se joħroġ aktar tagħrif dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb online fix-xhur li ġejjin. Sabiex tiskopri aktar, żur ktieb.org.mt jew fittex nationalbookcouncil_malta fuq Instagram u The Malta Book Festival fuq Facebook SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More