Home / News / ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta Back to News ARA: Minn Malta għad-Dinja – Dokuserje dwar il-Letteratura Maltija Tradotta News • Literary Exports 21st May, 2026 Minn Malta għad-Dinja hija dokuserje ta’ erba’ episodji dwar il-letteratura Maltija tradotta li tnediet fuq il-media soċjali fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2026, u xxandret bejn l-aħħar t’April u nofs Mejju. Id-dokuserje nħolqot mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) b’kollaborazzjoni ma’ Side Street Malta. Is-sensiela, li tiċċelebra x-xogħlijiet tal-awturi lokali li vvjaġġaw lil hinn minn xtutna – sikwit bl-għajnuna tal-Għotjiet tal-KNK għat-Traduzzjoni u l-Esportazzjoni – filwaqt li tixħet dawl fuq l-arti tat-traduzzjoni, tiggwida lill-udjenza qalb uħud mill-istadji kruċjali u spiss injorati tal-proċess tal-esportazzjoni letterarja. Kull episodju tas-sensiela, li fiha ħadu sehem l-awturi Immanuel Mifsud, Clare Azzopardi u Ryan Falzon; l-awtriċi u pubblikatriċi Loranne Vella; it-tradutturi Virginia Monteforte u Joe Gatt, u l-editriċi u traduttriċi Kat Storace, indirizza angolu differenti tal-proċess. Fost dawn l-angoli, l-awturi ddiskutew kif it-traduzzjoni saret ambizzjoni aktar vijabbli f’dawn l-aħħar snin, u t-tradutturi spjegaw xi dettalji dwar is-sengħa tagħhom, filwaqt li s-sensiela pinġiet stampa pożittiva tal-futur li għandha l-letteratura Maltija barra minn Malta. B’dan il-ħsieb, u mmexxi mill-Viżjoni Strateġika 2025-2030, il-KNK se jkompli jespandi l-appoġġ tiegħu għall-esportazzjoni letterarja. Mill-preżenza kontinwa tiegħu f’fieri tal-kotba internazzjonali prominenti u permezz tal-Gwida dwar id-Drittijiet ta’ Barra, il-KNK se jiffoka wkoll fuq taħriġ kruċjali sabiex isaħħaħ il-ħiliet, bħall-kors fuq l-editjar letterarju li tħabbar riċentament, kif ukoll inizjattiva simili futura mmirata lejn l-awturi. Ir-riżultati ta’ dawn l-inizjattivi jitkellmu waħedhom. Matul dawn l-aħħar snin, l-Għotjiet tal-KNK għat-Traduzzjoni u l-Esportazzjoni raw varjetà bla preċedent fl-applikazzjonijiet minn pubblikaturi internazzjonali ħerqanin li jżidu l-letteratura Maltija mal-katalgu tagħhom. U din is-sena, il-Fond Malti tal-Ktieb – li s-sejħa għall-applikazzjonijiet tiegħu għalqet fid-19 ta’ Mejju – irċieva ammont rekord ta’ sottomissjonijiet, b’24 applikazzjoni għall-fergħa ta’ Traduzzjoni u Esportazzjoni ta’ Kotba minn Awturi Maltin biss, filwaqt li l-Għotja għal Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch ukoll attirat persentaġġ sostenzjalment akbar ta’ sottomissjonijiet meta mqabbel ma’ tas-sena li għaddiet. Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri qal, “Kif qalet sewwa Katryna Storace f’wieħed mill-episodji ta’ Minn Malta għad-Dinja, l-għotja għal traduzzjoni ta’ silta minn ktieb bħala pitch tibqa’ pass kruċjali għal awturi lokali li huma ħerqanin sabiex jesploraw il-possibbiltajiet li xogħolhom jiġi tradott.” “U b’ħafna modi, dik l-għotja hija ‘mikrokożmu’ tal-approċċ tagħna lejn sforzi ta’ internalizzazzjoni responsabbli u li jiksbu r-riżultati: l-għotja tħeġġeġ lill-awturi jaħsbu b’mod strateġiku u skont ir-realtajiet tal-industrija. Billi jimmiraw li jittraduċu kampjun aktar diġestibbli qabel it-traduzzjoni ta’ manuskritt komplut, l-awturi jistgħu jipproduċu dokument b’mod iżjed effiċjenti li jgħinhom iwittu t-triq lejn taħditiet kruċjali ma’ persuni ewlenin internazzjonali. “Tali traġitt jixhed perfettament l-approċċ tal-KNK. Aħna nimmiraw li nibnu strateġija sostenibbli bbażata fuq riċerka b’saħħitha, preżenza kultivata sew f’ambjenti internazzjonali, u msieħba lokali li jingħataw iċ-ċans li jtejbu l-ħiliet tagħhom u jiksbu għarfien sħiħ tad-drittijiet tagħhom,” żied jgħid Camilleri. Watch all episodes of From Malta to the World below Episodju 1 Episodju 2 Episodju 3 Episodju 4 SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More