Home / News / Agħżel il-qari! Żomm dad-dati u żur il-Festival Nazzjonali Tal-Ktieb 2021 f’Novembru Back to News Agħżel il-qari! Żomm dad-dati u żur il-Festival Nazzjonali Tal-Ktieb 2021 f’Novembru Festivals • Other 20th August, 2021 Il-kontenut artistiku u vibranti tal-Festival ta’ dis-sena, xogħol l-illustratriċi Emma Galea Naudi u Matthew Stroud, jinkludi numru ta’ Easter eggs bi ħjiliet għal xogħlijiet klassiċi tal-letteratura tat-tfal. Bħalma l-karattri ta’ dawn l-istejjer jikbru u jiżviluppaw sabiex jegħlbu l-iżolament, hekk il-powster inbena madwar l-idea li nisbqu l-isfidi li ġabu magħhom das-sentejn bis-saħħa tal-qari ta’ kotba tajbin li jixprunaw l-ispirazzjoni fina. Ara l-animazzjoni li ħejjejna tispirakx tiġi l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru li ġej. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=4Mb8ffcGxwc[/embedyt] L-edizzjoni tal-2021 tal-Festival, li fost l-oħrajn tinkludi żewġ avvenimenti u sessjoni ta’ ffirmar ta’ kotba mal-awtur Skoċċiż rinomat Irvine Welsh, se ssir f’post ferm akbar għall-pubblikaturi, il-bejjiegħa tal-kotba, u l-NGOs u allura esperjenza mtejba biex tqalleb u tixtri l-kotba (kif ukoll problema solvuta ta’ parkeġġ fl-MFCC). Inħawi għall-attivitajiet separati minn xulxin se jkunu qed jlqgħu preżentazzjonijiet varji ta’ kotba, kemm fiżikament u anki online, kif ukoll diskussjonijiet għal tfal ta’ kull età bil-għan li nippromwovu l-kotba u l-qari ma’ kull ġenerazzjoni u nipprovdu lil kulħadd b’opportunità biex jiffamiljarizza ruħu mal-aħjar kotba offruti mill-pubblikaturi lokali. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (3-7 ta’ Novembru) ikun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjin. Għal aktar aġġornamenti żur dan is-sit, il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u u l-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More