Home / News / ‘Dinjiet Jirrimaw’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 back to news ‘Dinjiet Jirrimaw’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festivals • Other 7th May, 2024 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb dis-sena se jsir bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru, u l-istennija bdiet diġà. L-avveniment se jattira persuni b’interessi differenti billi joffrilhom esperjenza mogħnija mill-versatilità tal-kelma miktuba li ssib ruħha f’ilħna u ġeneri differenti. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum qed iħabbar bi pjaċir il-motto tal-edizzjoni ta’ dis-sena, li jsorr fih l-espressjoni ideali ta’ dil-viżjoni demokratika tal-letteratura: DINJIET JIRRIMAW. Il-motto jirrifletti wkoll il-faċċati differenti li jiffurmaw il-proċess tal-pubblikazzjoni, mit-twelid tal-idea sal-prodott finali. Bis-saħħa ta’ dan il-logħob bil-kliem, il-Festival kommess li jesebixxi l-aspetti kollha tad-dinja letterarja, mill-kitba sal-illustrazzjoni, l-istampar u saħansitra l-illegar. Il-kunċett tal-motto mibni fuq dawn ‘id-dinjiet’ differenti li se jingħaqdu flimkien taħt saqaf wieħed waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-avveniment se jlaqqa’ qarrejja, kittieba, pubblikaturi, illustraturi u ħabbieba tal-letteratura minn Malta u lil hinn minnha, u dan se jirriżulta f’ambjent eċitanti għal kulħadd. Barra l-motto, il-KNK jista’ jiżvela wkoll dawn ‘id-dinjiet’ differenti li se jkollhom irwol importanti fil-kampanja li se twassalna sa Novembru. * Ir-rifletturi se jinxtegħlu fuq l-awturi ewlenin, Maltin u mhux, u l-qarrejja se jkollhom iċ-ċans jidħlu fid-dinja tax-xogħlijiet tagħhom. * L-esperjenza immersiva tal-Festival se tinkludi xows teatrali li jżommuk, workshops li jingaġġawk, u attivitajiet interattivi għall-qarrejja ż-żgħar u l-iskejjel. * Se jiġi ċċelebrat ix-xefaq wiesa’ tal-letteratura, bl-esebizzjoni ta’ ġeneri differenti li se jolqtu l-gosti ta’ qarrejja differenti. * Min iżur il-Festival se jkollu ċ-ċans isir jaf aktar dwar l-espressjoni kreattiva fl-arti tal-produzzjoni tal-ktieb bis-saħħa ta’ attivitajiet u workshops parteċipattivi. “Ħerqanin nikxfu l-motto għal dis-sena, DINJIET JIRRIMAW, għax isorr l-ispirtu ta’ unità u esplorazzjoni li hemm fil-qalba tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb”, qalet id-Direttur tal-Festival Simona Cassano, hija u tistieden lill-qarrejja ta’ kull età u sfond biex jingħaqdu mal-KNK f’dal-vjaġġ letterarju. L-applikazzjoni għall-esebituri u r-reġistrazzjoni għall-iskejjel jiftħu fil-jiem li ġejjin. Għal aktar informazzjoni dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 żur ktieb.org.mt u l-paġna Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More