Home / News / Donazzjoni Ta’ Kotba Mill-Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb Lil Malta Libraries Back to News Donazzjoni Ta’ Kotba Mill-Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb Lil Malta Libraries Inizjattivi • Other 9th January, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lil Malta Libraries sabiex dawn isibu posthom fuq l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi kollha ta’ Malta u Għawdex. Il-kotba jinkludu rumanzi, novelli, poeżiji, drama, letteratura mhux fittizja, traduzzjonijiet, kotba ta’ riċerka, kotba tat-tfal u kotba għaż-żgħażagħ li ħarġu fl-aħħar ftit snin. Dawn huma kollha pubblikazzjonijiet lokali. Fost il-kotba kien hemm bosta rebbieħa u finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka fil-kategoriji varji tagħhom, kif ukoll oħrajn minn pubblikaturi lokali differenti. Id-donazzjoni ġiet ippreżentata mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, lid-Deputat Librara Doreen Borg Zammit minn Malta Libraries. Il-KNK jagħmel żewġ donazzjonijiet lil Malta Libraries matul is-sena – waħda fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet u Jum il-Libreriji f’April, u l-oħra fl-aħħar tas-sena. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More