Home / News / Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – joħroġ il-poster ta’ din l-edizzjoni Back to News Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – joħroġ il-poster ta’ din l-edizzjoni Festivals • Inizjattivi • Other 6th July, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippreżenta bi pjaċir il-poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru Dar il-Mediterran. Ix-xogħol illustrattiv fuq il-poster sar minn Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna bix-xogħol fuq id-disinn grafiku ta’ Steven Scicluna. Moira, Mark u Steven huma ismijiet magħrufa għax-xogħol tagħhom, fost l-oħrajn fuq il-qoxra ta’ bosta kotba ppubblikati Malta u lil hinn minnha. Il-poster uffiċjali ta’ dis-sena jinkludi karattri famużi mil-letteratura dinjija tat-tfal, bħal Sherlock Holmes, it-Tifla tal-Barnuża Ħamra u l-kelb l-abjad liebes bħall-qattus f’wieħed mill-kotba ta’ Dr. Seuss. Il-KNK reġa’ rnexxielu jassigura spazju akbar li fih se jsir il-Festival f’Dar il-Mediterran, li jinkludi sala oħra ddedikata għall-bejjiegħa tal-kotba u l-NGOs fejn se jsiru attivitajiet varji bħal preżentazzjonijiet ta’ kotba, diskussjonijiet, tnedijiet u attivitajiet relatati mal-kultura. Il-programm sħiħ jiġi ppubblikat f’Settembru u aktar tard jitqassam f’forma stampata fid-djar kollha f’Malta u Għawdex. Fil-ġimgħat li ġejjin il-KNK iħabbar l-ismijiet tal-mistiedna barranin, fosthom ukoll il-mistieden speċjali għal dis-sena. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ b’mod privat it-Tlieta 10 ta’ Novembru b’ċerimonja li fiha jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2020 għall-aħjar kotba tat-tfal u l-adolexxenti ppubblikati fl-2019. L-attivitajiet ta’ filgħaxija jiftħu l-Erbgħa 11 ta’ Novembru bil-konferenza. Dis-sena t-tema tal-konferenza ewlenija tal-Festival se tkun l-esperjenza tat-traduzzjoni ta’ kittieba Maltin f’lingwi oħra. Il-Festival se jkun miftuħ għat-tfal tal-iskola filgħodijiet fost il-ġimgħa. Qed jitħejja għalihom programm kulturali speċjali u attivitajiet magħmula biex jitgħallmu waqt li jieħdu pjaċir, fosthom biċċiet teatrali, qari u laqgħat mal-kittieba. Il-KNK qiegħed isegwi l-aħħar żviluppi tal-miżuri Covid-19 tal-Gvern biex inkunu fl-aħjar pożizzjoni li nipprovdu esperjenza sabiħa imma sigura għal kulħadd. Dawk l-eżebituri potenzjali li għadhom ma bagħtux l-applikazzjoni mħeġġa biex jagħmlu dan minn hawnhekk. Is-sottomissjonijiet jibqgħu miftuħa sal-Ġimgħa 14 t’Awwissu f’nofsinhar. Il-membri tal-pubbliku huma mħeġġa jsegwu l-paġna tal-FB tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-paġna uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 fuq is-sit elettroniku tal-KNK għall-aħħar aġġornamenti. [add_posts category=festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More