Home / News / Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada! Back to News Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada! Other • Festivals 16th October, 2023 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada! Bit-tema #kotbakitbauaktar din l-edizzjoni tal-aktar avveniment popolari li għandu x’jaqsam mal-kotba tħabrek sabiex twassal esperjenza multisensorja li tmur lil hinn mill-kelma miktuba għad-dinjiet tal-illustrazzjoni, il-mużika, it-teatru, il-film, u aktar. L-avveniment se jsir l-MFCC, Ta’ Qali, u jibqa’ sejjer sal-Ħadd 22 ta’ Ottubru. Se jkun hemm madwar 50 esebitur u programm ta’ attivitajiet mimli daqs bajda. Fost l-aktar attivitajiet ta’ min jinnota, insibu gruppi ta’ ħidma u masterclasses minn mistiedna internazzjonali. Il-kittieba bestseller tal-polizjesk Sam Blake se taqsam il-ħsibijiet tagħha dwar kif l-aħjar issensel il-manuskritt tiegħek u tagħmlu bestseller, kif ukoll se tiltaqa’ ma’ studenti postsekondarji u se tkellimhom dwar l-ispirazzjoni u l-proċess tal-kitba. Blake se titkellem ukoll mal-awtriċi Maltija Leanne Ellul, waqt diskussjoni mmoderata mill-aġent letterarju ta’ Blake, Simon Trewin. Trewin qed jirritorna l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, u se jikkordina seminar dwar is-suq tal-pubblikazzjoni u jagħti s-suġġerimenti tiegħu dwar kif kittieba ġodda l-aħjar jinnavigaw f’dawn il-mogħdijiet bi strateġija ta’ suċċess. Bħal dejjem, ħerqanin nilqgħu fostna l-eluf ta’ studenti li jżuru l-Festival fost il-ġimgħa filgħodu, u għal dawn għandna ppreparat programm ta’ attivitajiet li jinkludi xows teatrali mid-drammaturga Simone Spiteri. Kull xow huwa ispirat minn rebbieħa mill-imgħoddi tal-Premju Terramaxka għat-tfal u ż-żgħażagħ. Se jkollna wkoll il-Kamra Sensorja – spazju tajjeb għal persuni fuq l-ispettru tal-awtiżmu li se jkun immaniġġjat mill-Fondazzjoni Inspire bi sħab mal-Bank APS – li għandha programm ieħor ta’ attivitajiet, fosthom sessjonijiet ta’ qari bl-annimali. Mhux ta’ min jitlef il-kunċert VII/Fidwa – kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Teatru Malta bil-parteċipazzjoni tad-duo The New Victorians – li se jinkludi kanzunetti meħuda mix-xows Sette u Il-Fidwa tal-Bdiewa li għalihom il-biljetti kienu nxtorbu. Se jkun hemm post għall-arti viżiva wkoll, bl-esebizzjoni From Illustration to Book għat-tieni darba konsekuttiva, u l-Mural Interattiv li qed jittella’ b’ħidma mal-Malta Community of Illustrators li se jiffoka fuq il-qawwa tal-illustrazzjoni li ġġib bidla soċjali. Il-Festival iweġġaħ ukoll lil-lingwa Maltija, billi se jkun qed jospita l-wirja ta’ Heritage Malta Il-Malti: Il-Mixja sal-Għarfien Uffiċjali li se timxi mal-istorja tal-ilsien bis-saħħa ta’ dokumenti u kotba intriganti. L-Energy and Water Agency se tqabbad lit-tfal u l-istudenti jipparteċipaw f’attivitajiet edukattivi u esperimenti xjentifiċi dwar il-provvista, is-sostenibbiltà, l-aċċess u d-dipendenza fuq ir-riżorsi tal-ilma u l-enerġija. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jseħħ bejn l-Erbgħa 18 u l-Ħadd 22 ta’ Ottubru fil-ħinijiet li ġejjin: l-Erbgħa u l-Ħamis bejn id-9am u s-1pm, u bejn il-5pm u d-9pm; il-Ġimgħa bejn id-9am u s-1pm u bejn il-5pm u l-10pm; is-Sibt bejn id-9:30am u l-10pm; u l-Ħadd bejn id-9:30am u t-8pm. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 tista’ ssibu online hawnhekk. Għall-aħħar aġġornamenti segwi s-sit tal-KNK, jew il-paġni Facebook tiegħu u l-paġna Facebook tal-Festival. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More