Home / News / Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus jiftaħ għada! back to news Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus jiftaħ għada! Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Inizjattivi • Other 18th March, 2024 Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus jiftaħ għada fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta. L-istudenti u l-pubbliku ġenerali għandhom jistenniehom programm ta’ attivitajiet letterarji mifrux fuq tlitt ijiem bejn l-Erbgħa 20 u l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu. Il-Festival qed ikun organizzat b’ħidma mal-pubblikaturi lokali, dipertimenti universitarji u għaqdiet studenteski, u jinkludi programm bi tnedijiet ta’ kotba, diskussjonijiet topiċi, u workshops fuq temi differenti ngħidu aħna l-lingwa Maltija, l-AI fl-arti, l-importanza tal-illustrazzjonijiet fil-kotba, u aktar. Dis-sena qed nilqgħu lill-illustratriċi Irlandiża tal-kotba tat-tfal Karen Harte, bis-saħħa tal-għajnuna mill-Ambaxxata Irlandiża f’Malta. Harte se tmexxi workshop li fih se tislet it-traġitt personali bħala illustratriċi u tagħti pariri lil artisti ġodda dwar kif dawn jistgħu jsibu l-vuċi tagħhom f’din l-industrija. Imbagħad Harte tingħaqad ma’ illustraturi lokali madwar mejda sabiex titkellem dwar il-proċess ta’ kif issir illustratur ta’ kotba għat-tfal. Safrattant, il-pubbliku jista’ wkoll jattendi workshop mingħand il-veteran fil-kitba Victor Calleja, dwar kif issinn il-ħiliet tal-kitba. Ladarba qegħdin fil-qalba tal-Università Maltija, ma jistax ikun li Kampus Kotba ma jmissx ma’ temi jaħarqu u kontroversjali. ‘Tkellem bil-Malti!’ u ‘Il-Kliem fit-Teorija’ huma żewġ diskussjonijiet separati li madankollu bil-mod tagħhom se jkunu qed jippromwovu l-idea li l-Malti jintuża f’aktar kuntesti. L-illustratriċi Audrey Degiorgio se tqajjem dibattitu ieħor, did-darba dwar suġġett relevanti: l-użu tal-AI fil-ħolqien ta’ xbihat u kif jaffettwa xogħol l-artisti. ‘L-Aċċess u s-Sostenibbiltà’ se tmiss ma’ aspett ieħor mill-industrija tal-kotba: id-distribuzzjoni diġitali ta’ materjal pubbliku u kif din tista’ taffettwa negattivament mil-lat finanzjarju lill-pubblikaturi lokali. Safrattant, l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tad-Dipartiment tal-Ingliż (DESA) se tmexxi sessjoni ta’ klabb tal-kotba dwar Home Fire ta’ Kamila Shamsie. Il-programm se jilqa’ żewġ tnedijiet ta’ kotba, li huma r-rumanz debuttanti ‘M’ ta’ David Samuel Hudson u l-ġabra ta’ poeżiji ta’ Donna Darmanin. L-istoriku William Zammit se jipparteċipa f’MuT dwar il-ktieb tiegħu rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, Slavery, Treason and Blood. Wayne Farrugia min-naħa tiegħu se jitkellem dwra il-ġabra ta’ novelli L-Aħħar Petala u Novelli Oħrajn, ippubblikata mill-Malta University Distributors li se jkunu qed jipparteċipaw għall-ewwel darba f’dal-Festival. ‘Poeżija Slam’ u ‘Literary Dramatics’ huma żewġ attivitajiet separati li se jittrattaw il-performattività tal-kelma miktuba. ‘Aqra Film’ imbagħad se jkollu lil Abigail Mallia u Carlos Debattista minn Take//Two li se jfanndu fil-kunċett ta’ ‘lingwa moħbija’ fil-films u t-televixin. Kif għedna, dal-Festival isir bis-saħħa ta’ sforz kollaborattiv ma’ organizzazzjonijiet studenteski u dipartimenti universitarji u tal-MCAST. Madankollu l-Festival jieħu l-karattru tiegħu bil-preżenza tal-pubblikaturi u entitajiet lokali, li f’din l-edizzjoni se jkunu: Faraxa Publishing, L-Għaqda tal-Malti, SKS Publishers, Ede Books/Kixott, Midsea Books/Klabb Kotba Maltin, Kite Group, Malta University Press, Horizons, Malta University Distributors u Kotba Calleja. Id-dħul għal Kampus Kotba 2024 huwa b’xejn, u se jkun miftuħ bejn id-9am u l-4pm nhar l-Erbgħa 20 u l-Ħamis 21, u bejn id-9am u s-6pm il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu. Aktar dettalji fuq ktieb.org.mt jew fuq il-paġni soċjali tal-KNK u ta’ Kampus Kotba. Niżżel il-programm tal-attivitajiet minn hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More