Home / News / Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ Back to News Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ Konkorsi għaż-żgħażagħ • Konkorsi Letterarji • Other 12th January, 2021 Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ huwa konkors li jiġi organizzat kull sena mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-għan tal-konkors huwa li jintgħażlu, jiġu ppremjati u ppubblikati rumanzi bil-Malti miktubin apposta għaż-żgħażagħ adolexxenti; rumanzi li jesploraw id-dinja tal-adolexxenti tal-lum, b’dak kollu li din il-fażi tal-ħajja ġġib magħha. B’hekk l-organizzaturi jittamaw li bil-mod il-mod fis-suq jibdew jiżdiedu aktar kotba f’dan il-ġeneru u l-adolexxenti jsibu qari bil-Malti li jinteressahom u jimmotivahom. Permezz ta’ dan il-konkors, l-organizzaturi jaspiraw li l-manuskritti sottomessi jkunu tal-ogħla livell letterarju. Ir-riżultati tal-edizzjoni tal-Konkors fl-2020 tħabbru f’ċerimonja preseduta mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Clifton Grima, nhar it-Tlieta 12 ta’ Jannar 2021 il-Youth Village tal-Aġenzija Żgħażagħ, f’Santa Venera. Ir-rebbieħ tal-Konkors, Marlon Chircop, ingħata premju ta’ €1,000, kif ukoll sussidju ta’ € 2,000 għall-pubblikazzjoni tal-manuskritt rebbieħ, Mitt Elf Isem Ieħor, li se jkun qed jiġu offrut lill-awtur wara l-iffirmar ta’ ftehim ta’ pubblikazzjoni ma’ pubblikatur lokali tal-għażla tiegħu. Waqt id-diskors tagħhom, l-organizzaturi rrimarkaw li permezz tal-Konkors jaspiraw li jippromwovu u jippremjaw xogħlijiet b’kontenut letterarju għoli. Apparti minn hekk dan il-Konkors għandu l-għan li jixħet dawl fuq il-letteratura għaż-żgħażagħ sabiex l-awturi jissottomettu rumanzi oriġinali għaż-żgħażagħ li huma ta’ natura innovattiva u mhux didattika jew moralizzanti. B’riżultat ta’ dan, iż-żgħażagħ igawdu minn żieda fin-numru disponibbli ta’ kotba mmirati għall-grupp tal-età tagħhom, li tistimulahom biex jibdew esperjenzi tal-qari ġodda u eċitanti. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb irringrazzja lill-evalwaturi indipendenti tal-Konkors 2020, Dr Josette Attard, John A. Bonello u Kevin Saliba, tax-xogħol siewi tagħhom. Il-manuskritt rebbieħ intgħażel minn fost sitt sottomisjonjiet li l-Konkors irċieva fl-2020 u li ġew evalwati skont damma ta’ kriterji stabbiliti, fosthom l-iżvilupp tal-istorja u l-karattri, l-oriġinalità, il-lingwa, u l-kwalità. Waqt il-konferenza stampa li saret wara ċ-ċerimonja msemmija, l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ġeddew uffiċjalment il-kollaborazzjoni tagħhom u nedew l-edizzjoni tal-Konkors għas-sena 2021. Għaldaqstant, il-kittieba huma mistiedna jissottomettu manuskritti oriġinali għal udjenza żagħżugħa ta’ bejn it-13 u l-15-il sena. L-applikanti għal dan il-konkors jistgħu jissottomettu x-xogħol tagħhom individwalment, jew inkella bħala grupp. Billi l-Konkors huwa ġġudikat b’mod anonimu, ix-xogħlijiet għandhom jiġu ffirmati biss bi psewdonimu. L-entitajiet konċernati qegħdin iħabbru li l-applikanti jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet u l-manuskritti tagħhom, bil-posta jew direttament, sat-Tnejn 6 ta’ Settembru 2021 f’nofsinhar fl-indirizz t’hawn taħt: Aġenzija Żgħażagħ Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera SVR 1013 Aktar informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għal dan il-Konkors u r-regoli tal-aġġudikazzjoni jinsabu ppubblikat fuq is-siti elettroniċi tal-Aġezija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. [vc_row][vc_column][vc_gallery type=”flexslider_slide” interval=”0″ images=”23792,23790,23788,23786,23784,23782,23780,23778,23776″ img_size=”full” onclick=””][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More