Home / News / Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 back to news Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 Festivals • Other 5th July, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippreżenta bi pjaċir il-powster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 3 u l-Ħadd 7 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’Qali. Id-dehra pjuttost vibranti tal-powster ta’ dis-sena hija xogħol l-illustratriċi Emma Galea Naudi. Fost l-oħrajn l-illustrazzjoni tinkludi numru ta’ Easter eggs (referenzi moħbija) – ara jirnexxxilekx issibhom! – għal klassiċi tal-letteratura tat-tfal, ngħidu aħna Ċali u l-Fabbrika taċ-Ċikkulata, Aliċe fl-Art tal-Għeġubijiet, u s-serje ta’ Harry Potter, kif ukoll ħrejjef bħal Rapunzel u Ġakki u s-Siġra tal-Fażola. Bħalma dal-karattri jikbru u jiżviluppaw fl-istejjer tagħhom sabiex jegħlbu l-iżolament, hekk il-powster inbena madwar l-idea li nisbqu l-isfidi li ġabet magħha s-sena bis-saħħa tal-qari ta’ kotba tajbin li jixprunaw l-ispirazzjoni fina. Ix-xogħol tad-disinn grafiku sar minn BloomCreative. Għall-edizzjoni tal-2021 il-Festival se jsir fuq medda ta’ art estiża għall-pubblikaturi, bejjiegħa tal-kotba, u għaqdiet mhux governattivi (NGOs), u se jkun jinkludi wkoll imkejjen għall-attivitajiet li fihom jistgħu jsiru preżentazzjonijiet ta’ kotba u diskussjonijiet oħra. B’aktar minn 8,000 metru kwadru ta’ spazju disponibbli l-istands se jkunu akbar u l-kurituri usa’, u b’hekk aktar kumdità biex tqalleb fil-kotba u esperjenza isbaħ ta’ xiri kif jaf joffri l-MFCC (barra li parking mhux problema). Fil-ġimgħat li ġejjin il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar l-isem tal-mistieden speċjali tal-Festival, u eqreb lejn id-dati tal-Festival nippubblikaw il-programm kulturali li jkun fih attivitajiet għal nies ta’ kull età. Bħalma sar qabel, il-Festival jiġi inawgurat bil-premjazzjoni tar-rebbieħa tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti. Dan l-avveniment isir fis-serata ta’ qabel jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Filwaqt li l-preparamenti issa għaddejjin ġmielhom, il-KNK se jkun qed joqgħod b’seba’ għajnejn għall-aħħar avviżi mill-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-ġemgħat pubbliċi, u dan sabiex eventwalment niggarantixxu l-aħjar esperjenza mal-kotba bl-aktar mod sigur. Infakkru lil dawk l-eżebituri li jixtiequ jipparteċipaw sabiex japplikaw għall-istands minn hawn sat-Tnejn 9 t’Awwissu f’12.00pm (nofsinhar). Għall-aħħar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 segwi l-paġna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fuq dan is-sit u l-Facebook tal-KNK. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More