Home / News / Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019 – jiftħu l-applikazzjonijiet back to news Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019 – jiftħu l-applikazzjonijiet Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd March, 2019 Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019. Bħal dejjem, l-applikazzjonijiet huma għal kotba ppubblikati s-sena ta’ qabel. Il-kotba jridu jkun pubblikazzjonijiet lokali li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji taż-żewġ premji msemmija. Il-premji jingħataw lil dawk l-awturi ta’ pubblikazzjonijiet li jiġu ġġudikati bħala prodotti ta’ valur letterarju u kulturali għoli, dejjem skont il-kriterji assoċjati mal-kategorija. Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sat-Tlieta, 16 ta’ April 2019 f’nofsinhar, bl-applikazzjoni kompluta u erba’ kopji tal-ktieb jew kotba sottomessi. Huwa importanti li l-applikant jindika l-kategorija t-tajba għal kull sottomissjoni. Hemm b’kollox tmien kategoriji fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Adulti: Rumanzi, Novelli, Poeżiji, Drama, Letteratura mhux fittiva, Traduzzjoni, Riċerka Ġenerali, u Riċerka Bijografika u Storjografika. Imbagħad hemm sitt kategoriji fil-Premju Terramaxka għat-Tfal u l-Adoloxxenti: tliet kategoriji ta’ xogħlijiet oriġinali għat-tfal u l-adoloxxenti skont l-età, u tliet kategoriji oħra ta’ kotba għat-tfal u l-adoloxxenti skont l-età (0–7, 8–12 and 13–16), did-darba għal xogħlijiet maqlubin għall-Malti. Kif wieħed jista’ jinduna dis-sena żdiedet kategorija oħra fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: il-Letteratura mhux Fittizja. Din it-tip ta’ letteratura hija proża li tingaġġa tekniċi letterarji li normalment ikunu assoċjati mal-poeżija jew il-letteratura, u ġeneralment tirrakkonta dwar persuni, postijiet jew avvenimenti fid-dinja reali. Il-ġeneru tal-letteratura mhux fittiva jinkludi kitba dwar is-safar, in-natura, ix-xjenza, l-isports, u ġeneri oħra bħall-bijografija, l-awtobijografija, il-memoirs, l-intervista, u l-esej. Bidla sinjifikanti oħra hi fil-premjijiet mogħtija. Fil-kategoriji kollha tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka (tneħħi l-kategoriji tat-traduzzjonijiet fil-Premju Terramaxka), l-ammont tela’ minn €1,000 għal €4,000. Il-kategoriji tat-traduzzjonijiet fil-Premju Terramaxka se jirċievu ħlas ta’ €2,000, jiġifieri elf ewro aktar mis-sena ta’ qabel. Anki premju ieħor, jiġifieri l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti, se jitla’ minn €2,000 għal €4,000. Iddaħħal ukoll rikonoxximent ieħor ma’ dak għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti: il-Premju Poeta Lawreat. Dan il-premju jingħata lir-rebbieħ fil-kategorija tal-poeżija fil-PNK jekk dan ikun diġà rebaħ premju jew ieħor fil-PNK fil-passat. Ir-rebbieħ jingħata t-titlu ta’ Poeta Lawreat u s-somma ta’ €4,000 maqsumin f’erba’ ħlasijiet indaqs kull sena. Il-poeta jkun marbut li jikteb ammont sostanzjali ta’ poeżija li jkun ippubblikat f’ġabra waħda. Kull kategorija jista’ jkollha rebbieħ, u ma jistgħux jingħataw aktar minn premju wieħed f’kull kategorija. Jista’ jagħti l-każ li l-ebda rebbieħ ma jintgħażel għal kategorija partikolari jekk il-livell meħtieġ ma jintlaħaqx minn l-ebda xogħol finalist f’dik il-kategorija. Bord indipendenti, maħtur speċifikament u unikament għall-fini li jiddeċiedi l-premji, jevalwa s-sottomissjonijiet skont sett ta’ kriterji. Kemm il-kriterji kif ukoll l-applikazzjonijiet u r-regolamenti jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq dan is-sit. L-applikazzjonijiet, flimkien ma’ erba’ kopji tal-kotba sottomessi, għandhom jintbagħtu bil-posta jew jitwasslu bl-idejn lis-Sur Michael Mercieca mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tlieta, 16 t’April 2019, fl-indirizz li ġej: Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb c / o Librerija Pubblika Ċentrali Il-Professur Joseph J. Mangion Street il-Furjana FRN 1800 [add_posts category=book-prize-en show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More