Home / News / Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka – jiftħu l-applikazzjonijiet Back to News Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka – jiftħu l-applikazzjonijiet Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 8th March, 2021 [vc_row][vc_column][vc_column_text] Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb (PNK) 2020 kif ukoll l-applikazzjonijiet għall-Premju Terramaxka (PT) 2020. Bħal dejjem, l-applikazzjonijiet huma għal kotba ppubblikati s-sena ta’ qabel, jiġifieri għal din l-edizzjoni jridu jkunu kotba ppubblikati fl-2019. Il-kotba jridu jkun pubblikazzjonijiet lokali, bil-Malti jew bl-Ingliż, li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li huma aċċettati fil-PNK u fil-PT. Il-premji jingħataw lil dawk l-awturi ta’ pubblikazzjonijiet li jiġu ġġudikati bħala prodotti ta’ valur letterarju u kulturali għoli, dejjem skont il-kriterji assoċjati mal-kategorija. Jinħatar bord indipendenti ta’ aġġudikazzjoni li xogħlu jkun speċifikament li jaġġudika l-Premju u jevalwa s-sottomissjonijiet skont damma ta’ kriterji apposta għal kull kategorija. Il-kriterji, ir-regolamenti u l-applikazzjoni tista’ tniżżilhom minn hawnhekk. Dis-sena se jkun hemm bidla oħra fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: il-kategorija tal-Poeżija nqasmet fi tnejn separati: Poeżija bil-Malti u Poeżija bl-Ingliż. Issa hemm b’kollox disa’ kategoriji fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Adulti: Rumanzi, Novelli, Poeżiji bil-Malti, Poeżiji bl-Ingliż, Drama, Letteratura mhux Fittizja, Traduzzjoni, Riċerka Ġenerali, u Riċerka Bijografika u Storjografika. Imbagħad hemm sitt kategoriji fil-Premju Terramaxka għat-Tfal u l-Adoloxxenti: tliet kategoriji ta’ xogħlijiet oriġinali għat-tfal u l-adoloxxenti skont l-età, u tliet kategoriji oħra ta’ kotba għat-tfal u l-adoloxxenti skont l-età (0–7, 8–12 and 13–16), did-darba għal xogħlijiet maqlubin għall-Malti. L-għotja allokata għal kull kategorija tal-Premju (fosthom il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti, Il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Letteratura u l-Kotba, iżda esklużi l-kategoriji tat-traduzzjoni tal-Premju Terramaxka) hija ta’ €4,000, filwaqt li l-kategoriji tat-traduzzjoni għat-Terramaxka jieħdu l-premju ta’ €2,000. Il-Premju Poeta Lawreat jingħata lir-rebbieħ fil-kategorija tal-poeżija fil-PNK jekk dan ikun diġà rebaħ premju jew ieħor fil-PNK fil-passat. Ir-rebbieħ jingħata t-titlu ta’ Poeta Lawreat u s-somma ta’ €4,000 maqsumin f’erba’ ħlasijiet indaqs kull sena. Il-poeta jkun marbut li jikteb ammont sostanzjali ta’ poeżija li jkun ippubblikat f’ġabra waħda. Jista’ jkun hemm rebbieħ wieħed f’kull kategorija, u ma jistgħux jingħataw aktar minn premju wieħed f’kull kategorija. Jista’ jagħti l-każ li l-ebda rebbieħ ma jintgħażel għal kategorija partikolari jekk il-livell meħtieġ ma jintlaħaqx minn l-ebda xogħol finalist f’dik il-kategorija, u dan dejjem skont ir-regolamenti u l-kriterji tal-Premju. Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sat-Tnejn, 20 ta’ April 2020 f’nofsinhar, bl-applikazzjoni kompluta u erba’ kopji tal-ktieb jew kotba sottomessi. Huwa importanti li l-applikant jindika l-kategorija t-tajba għal kull sottomissjoni. Ibgħat l-applikazzjoni f’dan l-indirizz: Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Attn. Is-Sur Michael Mercieca c / o Librerija Pubblika Ċentrali Il-Professur Joseph J. Mangion Street il-Furjana FRN 1800 [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_single_image image=”10843″ img_size=”full”][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text][add_posts category=book-prize-en show=100][/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More