Home / News / Il-qari, it-tfal u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 back to news Il-qari, it-tfal u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Festivals • Other 3rd October, 2019 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb prominenti fil-kalendarju kulturali Malti, se jsir f’Novembru li ġej bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta. Għal darb’oħra ħafna mill-attivitajiet waqt il-Festival se jkunu mmirati għat-tfal u t-trawwim ta’ kultura ta’ qari sa minn età żgħira. Ħadna ħsieb li dawn l-attivitajiet jitmexxew minn filosofija li tibbaża fuq it-tagħlim skont l-età u ddur mal-kotba u l-qari. Kull attività mmirata għat-tfal fil-programm tfittex li tagħmel il-qari esperjenza ta’ gost u li magħha t-tfal jistgħu jirrelataw, filwaqt li xorta waħda tkun ta’ ġid għalihom. L-għadd ta’ familji li mistennija jattendu l-Festival juri kemm hu popolari maż-żgħar – riżultat dirett tad-dedikazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex il-Festival jippromwovi kultura ta’ qari u mħabba lejn il-ktieb fit-tfal u ż-żgħażagħ. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa wkoll lok eċċellenti għall-pubblikaturi u l-awturi li jispeċjalizzaw fil-kotba tat-tfal. Il-Festival jippromwovi dawn il-kotba, u t-tfal jingħataw ukoll vawċer ta’ 3€-il wieħed mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex jintefqu fuq il-kotba. Il-performances speċjali ta’ dis-sena se jsiru f’Sala Repubblika. L-attriċi Antonella Axisa u l-grupp tagħha se jkunu qed janimaw stejjer minn kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka tas-sena l-oħra, jiġifieri Mamà, allura din imħabba? ta’ Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna u Jarmuk ta’ Stephen Lughermo. Iż-żewġ performances huma mmirati għal żewġ gruppi t’etajiet. L-iskejjel ta’ Malta u Għawdex huma inkuraġġuti biex japplikaw għaż-żjara tal-klassijiet tagħhom (l-applikazzjonijiet jagħlqu fl-20 ta’ Ottubru). Dis-sena l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħaseb għal performance ġdida għat-tfal, bil-parteċipazzjoni tal-kittieb u l-attur Irlandiż Dave Rudden. Dave se jżewweġ id-drammatizzazzjoni tal-kummiedja ma’ materjal edukattiv li għandu x’jaqsam ma’ kif tħajjar lill-istudenti jiktbu. It-tfal jistgħu jistennew bosta stejjer ta’ ispirazzjoni għalihom, qari animat u koċċ ħsejjes. Aċċessa minn hawn iċ-ċirkulari għal aktar informazzjoni: https://ktieb.org.mt/app/uploads/2019/09/CIRKOLARI-MBF2019-SKEJJEL-11019.pdf. L-inkuraġġiment għall-qari m’għandux x’jaqsam biss ma’ kif tiżviluppa l-ħila tal-qari, iżda anki ma’ kif tagħmel lit-tfal aktar konxji tal-ħila tagħhom u kburin bihom infushom bħala qarrejja. Attività apposta għal dan jisimha ‘Promoturi tal-Qari’, li tiċċelebra u tippremja lil studenti fit-Tmien Sena li diġà jaqraw ħafna, jew li tejbu l-ħila tagħhom, inkella li għenu lil ħaddieħor jibdew jaqraw. Dan l-avveniment huwa organizzat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu b’kollaborazzjoni mal-KNK u d-Dipartiment tal-Immaniġġjar tal-Kurriklu fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol. Avveniment mhux ta’ min jitlef huma x-xows tad-DANUSAN, ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ (Books Come to Life). Dawn ix-xows se jkunu bbażati fuq il-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka ta’ dis-sena, li se jitħabbru waqt is-serata li tiftaħ il-Festival. Ix-xows ta’ siegħa u nofs huma tajbin għall-familji bit-tfal, u fihom id-DANUSAN se jkunu qed juru l-importanza tal-qari bil-mod komiku tagħhom. Ix-xows se jsiru l-Ġimgħa 8 ta’ Novembru fis-7pm, is-Sibt 9 fit-8pm u l-Ħadd 10 fit-3pm. Għal aktar informazzjoni u biex taqta’ l-biljetti żur www.showshappening.com Barra minn hekk waqt il-Festival wieħed jista’ jsib b’mod kontinwu tnedijiet ta’ kotba għat-tfal, qari, rakkuntar ta’ stejjer u workshops fi nħawi u stands differenti, fosthom għand Merlin Publishers, Faraxa Publishing, Malta Libraries, German-Maltese Circle u aktar. Il-KNK iħeġġeġ lill-ġenituri/kustodji biex iniżżlu l-programm sħiħ tal-attivitajiet minn hawnhekk. Il-familji għandhom ukoll iċ-ċans li jiġu għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb mingħajr inkwiet għat-trasport, għax se jkun qed jiġi pprovdut servizz ta’ xarabank b’xejn bejn Bay A fit-Terminus tal-Belt u Dar il-Mediterran u lura, kull nofs siegħa. Għall-ewwel darba s-servizz se jkun qed jopera fil-jiem kollha tal-Festival. Jista’ jingħad li l-akbar ċelebrazzjoni tal-kultura tal-ktieb f’Malta, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, saret id-dar perfetta għat-tfal li jridu jkollhom laqgħa indimentikabbli mal-ktieb. Il-Festival dis-sena se jsir bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru. Il-programm tal-attivitajiet jintbagħat f’kull dar f’Malta u f’Għawdex. [add_posts category=festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More