Home / News / Irfina senegħtek bi standards industrijali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 back to news Irfina senegħtek bi standards industrijali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Festivals • Inizjattivi • Other 25th September, 2023 Kittieba ġodda jew aspiranti u qarrejja minn kull banda tal-ħajja se jkollhom fejn jgħumu fl-esperjenzi differenti li se jwassal il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb dis-sena, bejn l-Erbgħa 18 u l-Ħadd 22 ta’ Ottubru fl-MFCC. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed ifittex li jsaħħaħ lil awturi, edituri, tradutturi u illustraturi ġodda jew stabbiliti billi jagħtihom l-opportunità jirfinaw u jillimaw is-sengħa professjonali tagħhom, kif ukoll jiffamiljarizzaw ruħhom mal-industrija tal-kotba bis-saħħa ta’ workshops u attivitajiet waqt il-Festival ma’ mistiedna lokali u internazzjonali ta’ kalibru. Ngħidu aħna s-sessjoni ‘X’inhi l-Istorja tiegħek: 5 passi biex tikteb bestseller’ il-Ħamis 19 t’Ottubru, li se titmexxa mill-kittieba famuża Irlandiża Sam Blake, li tikteb il-polizjesk. Blake laħqet diġà qċaċet tal-bejgħ bi wħud mill-kotna tagħha, u se tkun qed taqsam l-ideat tagħha dwar kif minn ispirazzjoni u idea tasal għal storja dinamika li ssib postha mal-qarrejja fis-suq tal-kotba. Aktar kmieni dakinhar, Blake se tmexxi session oħra mmirata għal studenti tal-postsekondarja, jisimha ‘Ispirazzjoni, Teknika, Suċċess’ li se tħeġġeġ kittieba aspiranti sabiex joħolqu karattri li ma tinsihomx, ambjenti li jżommuk u plotts li jsammruk. Se tkun qed tagħmel dan billi ttella’ mill-bir tal-esperjenza tagħha kif ukoll minn dak li tgħallmet mingħand fanali mill-industrija tal-kotba, bħal Jeffrey Deaver u Joanne Harris. Dis-sena qed nilqgħu mill-ġdid lill-aġent letterarju mir-Renju Unit, Simon Trewin, li se jmexxi masterclass jismu ‘Id-dinja tal-pubblikazzjoni – it-triq lejn is-suq’ nhar is-Sibt 21 t’Ottubru. Trewin se jkun qed jistrieħ fuq esperjenza ta’ 30 sena fl-industrija sabiex jixħet dawl fuq il-vjaġġ ta’ ktieb mill-ewwel ħasba dwaru sal-pubblikazzjoni. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=6enq0HP9ytI[/embedyt] Dakinhar ukoll, Charlie Castelletti, li huwa editur tal-kotba tat-tfal ma’ Macmillan, se jidderieġi l-masterclass ‘Il-Kitba għat-Tfal u ż-Żgħażagħ’. Castelletti se jkun qed jitkellem dwar l-isfumaturi varji tal-letterarura għat-tfal u żgħażagħ ta’ etajiet differenti, dak li jżommhom jaqraw, u r-riċetti wara kotba bestsellers għal dal-qarrejja. [ultimate_fancytext fancytext_effect=”ticker” strings_tickerspeed=”200″ ticker_show_items=”1″ ticker_hover_pause=”true” fancytext_strings=”“My name is Charlie Castelletti and I’m an author of picture books for young kids, as well as novels for adults. I’m also an Editor at Pan Macmillan, where I work on middle grade and young adult fiction for children ages 6-18 and crossover. My workshop aims to demystify the publishing process. I’ll be taking you through the step by step process of how you get from an initial idea of writing a children’s book to being published through a trade publisher. I’ll also be talking about tropes and story hooks, and how to think about all this in your writing process. I hope you will come out of this workshop feeling confident in knowing how to move forward on your writing journey. I’m also having a launch event for my upcoming adult novel, The Manor House Governess, in conversation with Charlie Cauchi. Here I’ll be discussing my writing process, my publication journey, and the book itself. There will be copies available for sale and for signing.“” ticker_background=”#eded7b” strings_font_size=”desktop:18px;” strings_line_height=”desktop:20px;” prefix_suffix_font_size=”desktop:18px;” prefix_suffix_line_height=”desktop:20px;” css_fancy_design=”.vc_custom_1695737423145{padding-top: 3px !important;padding-right: 3px !important;padding-bottom: 3px !important;padding-left: 3px !important;}”] Kat Storace u Jen Calleja se jmexxu flimkien workshop tal-editjar li għandu servi ta’ gwida sabiex dak li jkun ikun kapaċi jeditja xogħlu jew xogħol ħaddieħor, li jinkludi wkoll l-editjar ta’ letteratura tradotta. Kat u Jen huma l-fundaturi tad-dar tal-pubblikazzjoni żgħira Prosper Press, li hija bbażata f’Londra u tippubblika xogħol Malti bl-Ingliż. Huma se jkunu qed jibnu dal-pont bejn l-orizzont letterarju internazzjonali u l-professjonisti lokali, anki għaliex bħala pubblikaturi f’xogħolhom jgħarrxu u jimmaniġġjaw l-aspettazzjonijiet tal-imsieħba lokali. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=-otDpjd50uA[/embedyt] Din l-edizzjoni ma kinitx tkun tiswa’ tebaq fwiedha fuq il-wegħda li tipprovdi esperjenza multisensorjali li tmur lil hinn minn #kitbakotbauaktar, li kieku l-KNK ma tenniex il-kollaborazzjoni tiegħu mal-Kunsill Malti għall-Arti. L-esebizzjoni From Illustration to Book se terġa’ tkun magħna, u did-darba biż-żieda ta’ Mural Interattiv li se jlaqqa’ membri mill-Malta Community of Illustrators biex joħolqu dan il-mural dak il-ħin. Dawn l-attivitajiet flimkien jagħtuna ħarsa unika lejn iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xogħol letterarju, mill-ewwel passi tal-idea wara storja, sal-kitba tal-manuskritt u l-markitjar tiegħu, u finalment għall-proċess tal-editjar qabel ma l-ktieb jiffaċċja l-isfidi fl-industrija lokali jew internazzjonali. Fl-istess ħin, dawn l-attivitajiet iqanqlu lill-pubbliku japprezza l-kontribuzzjoni tal-artisti u l-illustraturi waqt dal-proċess kollu. Id-dħul għall-attivitajiet kollha fil-programm tal-Festival huwa b’xejn, iżda hemm uħud li trid tirreġistra online għalihom, fosthom dawn li ssemmew hawnhekk. Jekk interessat tipparteċipa, irreġistra mill-ħolqa tal-attività stess mis-sit tal-KNK jew mill-paġna Facebook tiegħu. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 se jsir bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru fl-MFCC, Ta’ Qali. Id-dħul b’xejn. Segwi s-sit tal-KNK, il-paġna Facebook tiegħu, jew il-paġna Facebook tal-Festival stess. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More