Home / News / Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb 2021 back to news Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb 2021 Fond Malti tal-Ktieb • Fondi • Inizjattivi • Other 11th April, 2021 L-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb issa fetħu. Il-Fond Malti tal-Ktieb għandu l-valur totali ta’ €105,000 u jikkonsisti minn żewġ kategoriji distinti għall-pubblikazzjoni u t-traduzzjoni tal-kotba. Fil-viżjoni tiegħu bħala aġent kulturali bi rwol progressiv li jimmira għall-iżvilupp kulturali, edukattiv, u intellettwali fis-soċjetà, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) fassal il-Fond sabiex jixpruna t-tkabbir kulturali fis-suq lokali tal-ktieb, bl-għan li jegħleb l-iżvantaġġi li jiffaċċja l-istess suq minħabba iċ-ċokon relattiv tiegħu. Dawn l-iżvantaġġi jillimitaw il-kapital disponibbli għal pubblikazzjonijiet ta’ kwalità, riċerka u żvilupp, traduzzjoni, u marketing. Awturi, tradutturi, u pubblikaturi lokali jkollhom jagħżlu bejn li jżommu lura mill-proġetti ambizzjużi tagħhom, jew inkella jieħdu r-riskji finanzjarji involuti biex iwettquhom. Propju biex iħeġġeġ lill-awturi, it-tradutturi, u l-pubblikaturi ħalli l-isfidi ta’ natura kummerċjali ta’ dawn il-publikazzjonijiet ma jaqtgħulhomx qalbhom, u biex ikabbar fihom il-kunfidenza u jinkuraġġihom, il-KNK qiegħed għas-seba’ darba jiftaħ is-sejħa pubblika għall-applikazzjonijet tal-Fond Malti tal-Ktieb sabiex jassigura l-possibilità li dawn il-proġetti jseħħu. Il-KNK qiegħed jirċievi l-applikazzjonijiet għall-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni u l-Għotjiet għat-Traduzzjoni (maqsuma fiż-żewġ kategoriji: Traduzzjoni ta’ kotba Maltin u Traduzzjoni għall-Malti). Bl-għan li jwieżnu l-pubblikazzjonijiet ta’ letteratura ta’ kwalità u/jew xogħlijiet ta’ riċerka, ġiet allokata s-somma totali annwali ta’ €50,000 għall-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni. Tingħata preferenza lil xogħlijiet ambizzjużi li jkollhom valur kulturali għoli u relevanza għas-suq lokali b’mod immirat, partikolarment jekk dal-proġetti jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet ta’ natura kummerċjali. Il-fondi jissapportjaw applikazzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ kotba akkademiċi li jinkludu monografi, ġabriet editjati, u edizzjonijiet kritiċi, kif ukoll xogħlijiet oriġinali ta’ letteratura mhux fittizja, finzjoni, fosthom rumanzi, poeżija, drammi, bijografiji, u rumanzi grafiċi. Kotba li jkun fihom biss xbihat jew kotba tal-fotografija mhumiex eliġibbli. Għall-Għotjiet għat-Traduzzjoni fi ħdan il-Fond Malti tal-Ktieb hemm allokata s-somma totali annwali ta’ €55,000 – €40,000 għal applikazzjonijiet għat-traduzzjoni ta’ kotba Maltin (ippubblikati bil-Malti jew bl-Ingliż u li jkollhom ISBN Malti) f’kull ilsien ieħor bil-għan li tiżdied il-viżibbiltà internazzjonali tal-kitba kreattiva u akkademika Maltija. Imbagħad €15,000 oħra se jkunu allokati għal applikazzjonijiet għal traduzzjonijiet ta’ kotba f’kull ilsien għal dak Malti, bl-għan li jitwieżnu t-tradutturi Maltin li jridu jagħtu aċċess lill-pubbliku biex jaqra bil-Malti xogħlijiet letterarji internazzjonali. Proġetti mill-passat issapportjati mill-Fond Malti tal-Ktieb: L-Għotjiet fi ħdan il-Fond Malti tal-Ktieb isegwu l-proviżjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba. Il-fondi jmorru għand dawk l-applikanti li jgħaddu minn proċess kompetittiv ta’ aġudikazzjoni. Bord indipendenti tal-aġġudikazzjoni jinħatar apposta biex jevalwa kull proġett fi proċess rigoruż li jaċċerta kemm il-valur tal-proġett kif ukoll ir-rekwiżiti finanzjarji. Il-fondi kollha mogħtija mill-Fond Malti tal-Ktieb jistgħu jiffinanzjaw sa 100% tal-proġett propost, b’għotja massima ta’ €5,000. L-applikanti interessati huma mħeġġa jaqraw bir-reqqa l-Linji Gwida u r-Regolamenti tal-għotjiet rispettivi għal aktar informazzjoni dwar eliġibbiltà u l-proċess tal-evalwazzjoni qabel ma japplikaw. Il-Linji Gwida u r-Regolamenti, il-formola tal-applikazzjoni, u informazzjoni relevanti oħra jistgħu jitniżżlu mis-sit tal-Fond Malti tal-Ktieb. L-ordni tal-klassifikazzjoni tal-applikazzjonijiet sottomessi tiġi ppubblikata fi żmien sitt ġimgħat minn meta jagħlqu l-applikazzjonijiet. Is-sejħa għall-applikazzjonijet tagħlaq nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ġunju 2021 f’nofsinhar. SHARE POST Related Articles Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More view all similar news
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More