Home / News / Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb back to news Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Inizjattivi • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 13th February, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi s-sejħa għas-sottomissjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, li jinkludi l-Premju Terramaxka għat-tfal u ż-żgħażagħ (għall-kotba ppubblikati fl-2022). Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar premju letterarju prestiġjuż assenjat lill-awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi għall-kotba ppubblikati f’Malta. Huwa meqjus ukoll bħala riga ta’ kwalità għall-pubblikazzjonijiet Maltin. Kull ktieb ippubblikat fl-2022 u b’ISBN Malti jista’ jitressaq għal wieħed mill-erbatax-il kategorija tal-Premju, u se jiġi evalwat għall-eliġibbiltà minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti. Dan il-proċess għandu jwassal għall-pubblikazzjoni ta’ lista sħiħa, segwita minn oħra tal-lista finali f’Ġunju. F’din l-edizzjoni, l-aġġudikatturi se jingħataw perjodu ta’ aġġudikazzjoni itwal. Ir-rebbieħa se jitħabbru fiċ-ċerimonja uffiċjali li se tittella’ fl-24 ta’ Novembru. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb qed jilqa’ applikazzjonijiet fi tmien kategoriji ta’ kotba għall-adulti – ir-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżija, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, it-Traduzzjoni, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika; u sitt kategoriji għall-Premju Terramaxka – Xogħlijiet Oriġinali għat-Tfal ta’ bejn 0-7; 8-12; Letteratura għaż-Żgħażagħ. It-tliet kategoriji l-oħra jinvolvu Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0-7; 8-12; u Letteratura għaż-Żgħażagħ. Il-kategoriji kollha huma miftuħa għal pubblikazzjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż, b’eċċezzjoni għal dawk tat-traduzzjonijiet li huma miftuħa biss għal dawk maqlubin għall-Malti. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jagħti wkoll premjijiet speċjali għall-Aqwa Produzzjoni tal-Ktieb, kemm għall-kotba għall-adulti kif ukoll għall-kotba għat-tfal u ż-żgħażagħ. Jingħataw ukoll il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti, il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura, u l-Poeta Lawreat f’każ li r-rebbieħ tal-kategorija tal-poeżija ta’ dik l-edizzjoni tal-Premju jkun rebaħ l-istess kategorija fil-passat. Il-parametri li jirregulaw l-premju tal-Poeta Lawreat issa huma parti mir-regolamenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u l-pubblikazzjoni tal-ewwel antoloġija tal-poeta li ngħata dan it-titlu se tkun iffinanzjata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. It-tnedija ta’ din l-antoloġija se tittella’ taħt il-patroċinju tal-President tar-Repubblika. Għal kull kategorija jista’ jingħata premju wieħed biss, u kull pubblikazzjoni taħt kull kategorija tiġi ppremjata jekk il-bord tal-aġġudikaturi jikkonferma li għandha mertu letterarju, kulturali jew akkademiku, waqt li tikseb minimu ta’ 90% tal-marki disponibbli. F’każ li f’xi kategorija partikolari dawn ma jintlaħqux, ma jingħatax il-premju. Kull premju għal kull kategorija, inklużi dawk meqjusa bħala speċjali, huwa ta’ €4,000, għajr għal dawk fil-kategorija tat-traduzzjoni tal-Premju Terramaxka, li huwa ta’ €2,000. Ir-regolamenti, il-formola tal-applikazzjoni u l-kriterji huma disponibbli hawnhekk. Tista’ tagħżel li timla l-formola jew online, jew billi tniżżel id-dokument u tibagħtu fl-indirizz hawn taħt. Mal-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu erba’ kopji fiżiċi tal-pubblikazzjoni mressqa għal kwalunkwe premju. Id-data ta’ skadenza hija s-7 ta’ Marzu 2023 f’nofsinhar. Tressiq ta’ applikazzjonijiet lil hinn minn din id-data ma jiġux aċċettati. Il-kotba jintlaqgħu fl-uffiċċju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mid-09:00 sal-16:30. F’każ ta’ diffikultà tista’ tibgħat email lil Michael Mercieca fuq michael.mercieca@gov.mt Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Kumpless Bice Mizzi Vassallo Triq Arnheim Pembroke PBK1776 SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More