Home / News / Karigi ġodda fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Karigi ġodda fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 13th February, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar bi pjaċir l-assenjament ta’ karigi ġodda liż-żewġ ħaddiema tiegħu: Simona Cassano u Matthew Borg. Cassano se tkun qed tiġi inkarigata bl-irwol ta’ Direttur Eżekuttiv u Borg bħala Senior Manager. Simona ngħaqdet mat-tim tal-KNK fl-2017 fi żmien meta l-Kunsill kien għadu qed jibni l-pedamenti tiegħu. Minn dakinhar ħadmet qatigħ biex jiġi żviluppat l-operat tad-dipartiment u kienet strumentali biex tjieb il-prodott u żidna fl-effiċjenza. Għandha żewġ Maġisteri u qabel ix-xogħol mal-KNK kienet diġà bniet karriera fl-industrija tal-pubblikazzjoni fl-Italja u l-Emirati. Matthew kien jaħdem fil-ġurnaliżmu qabel ma ngħaqad mal-Kunsill fl-2018, u minn dakinhar ħadem mill-qrib ma’ Simona u fl-istess ħin ħa f’idejh fergħat u proġetti ġodda, ngħidu aħna l-esportazzjoni letterarja fir-reġjun Għarbi. F’ħidma mal-kollegi l-oħra fit-tim, bħalissa Matthew qed jaħdem biex nidħlu fi swieq oħra bl-esportazzjoni f’lingwi ġodda. Iggradwa fil-Malti u bħalissa qed ikompli jibni fuq dawn l-istudji. Il-KNK jixtieq jawgura lil dawn iż-żewġ ħaddiema tiegħu ġejjieni sabiħ. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More