Home / News / L-aħħar maskot tal-Festival joħodna lura għall-bidu Back to News L-aħħar maskot tal-Festival joħodna lura għall-bidu Festivals • Other 17th August, 2023 Wara li ltqajna ma’ Ray il-Qarrej, Filip il-Kittieb u Ċiċi l-Ispettatriċi, nippreżentawlkom karattru ieħor mill-powster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Mia s-Semmiegħa li tħobb b’mod speċjali tisma’ l-istejjer mill-kotba rrakkuntati bil-fomm. Seħer ir-rakkuntar ilu minn ewl id-dinja, u l-bniedem fin-natura tiegħu jxaqleb lejn l-istejjer bil-fomm sabiex jiftakar, fosthom l-istorja tiegħu nnifsu jew l-għerf ta’ nies tul iż-żminijiet, kif juruna l-qwiel (u anki l-etimoloġija tal-kelma “qwiel”). Widnejn Mia jitwaqqfu u ssib il-mistrieħ xħin tisma’ l-istejjer irrakkuntati u l-letteratura mtarrfa. Għalkemm il-kotba xorta waħda tikolhom – bħalma wara kollox jagħmlu t-tliet karattri l-oħra tal-powster – il-letteratura tikkunsmaha wkoll f’ġeneri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-widna. Ġieli smajt xi adattament mużikali ta’ xi test letterarju, ngħidu aħna xi għanja jew l-Innu Malti nnifsu, jew tisma’ ktieb awdjo, jew anki xi poddata letterarja? Dawn huma kollha esperjenzi differenti li madankollu telqu minn punt komuni – il-letteratura. Kemm jekk inti tħobb il-kotba, kittieb aspirant jew xi ħadd li jfittex modi ġodda kif il-letteratura u l-kotba jmissuh, mela nistednuk għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali. Fost l-oħrajn, il-programm se jkun fih attivitajiet fuq dawn il-linji, ngħidu aħna qari ta’ poeżija, sessjonijiet live ta’ poddati u kunċerti mużiko-letterarji, u tista’ ssib ukoll kotba li jkollhom il-verżjoni awdjo tagħhom mingħand uħud mill-esebituri ta’ dis-sena. Għall-aħħar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, segwi s-sit, il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More