Home / News / L-aħħar maskot tal-Festival joħodna lura għall-bidu Back to News L-aħħar maskot tal-Festival joħodna lura għall-bidu Festivals • Other 17th August, 2023 Wara li ltqajna ma’ Ray il-Qarrej, Filip il-Kittieb u Ċiċi l-Ispettatriċi, nippreżentawlkom karattru ieħor mill-powster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Mia s-Semmiegħa li tħobb b’mod speċjali tisma’ l-istejjer mill-kotba rrakkuntati bil-fomm. Seħer ir-rakkuntar ilu minn ewl id-dinja, u l-bniedem fin-natura tiegħu jxaqleb lejn l-istejjer bil-fomm sabiex jiftakar, fosthom l-istorja tiegħu nnifsu jew l-għerf ta’ nies tul iż-żminijiet, kif juruna l-qwiel (u anki l-etimoloġija tal-kelma “qwiel”). Widnejn Mia jitwaqqfu u ssib il-mistrieħ xħin tisma’ l-istejjer irrakkuntati u l-letteratura mtarrfa. Għalkemm il-kotba xorta waħda tikolhom – bħalma wara kollox jagħmlu t-tliet karattri l-oħra tal-powster – il-letteratura tikkunsmaha wkoll f’ġeneri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-widna. Ġieli smajt xi adattament mużikali ta’ xi test letterarju, ngħidu aħna xi għanja jew l-Innu Malti nnifsu, jew tisma’ ktieb awdjo, jew anki xi poddata letterarja? Dawn huma kollha esperjenzi differenti li madankollu telqu minn punt komuni – il-letteratura. Kemm jekk inti tħobb il-kotba, kittieb aspirant jew xi ħadd li jfittex modi ġodda kif il-letteratura u l-kotba jmissuh, mela nistednuk għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali. Fost l-oħrajn, il-programm se jkun fih attivitajiet fuq dawn il-linji, ngħidu aħna qari ta’ poeżija, sessjonijiet live ta’ poddati u kunċerti mużiko-letterarji, u tista’ ssib ukoll kotba li jkollhom il-verżjoni awdjo tagħhom mingħand uħud mill-esebituri ta’ dis-sena. Għall-aħħar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, segwi s-sit, il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More