Home / News / L-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 back to news L-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festivals • Other 7th October, 2024 It-tema tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024, #dinjietjirrimaw, se tlaqqa’ flimkien firxa wiesgħa ta’ esebituri li se jappellaw għal qarrejja differenti bis-saħħa ta’ ġeneri letterarji varji, kollox taħt saqaf wieħed fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali, bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru. Dis-sena l-40 esebitur u fuqhom se jitqassmu fuq medda ta’ art rekord għall-istorja tal-Festival – avveniment li issa jinsab fil-45 edizzjoni tiegħu u sar parti mill-kalendarju kulturali Malti – bi wħud mill-pubblikaturi bi stands personalizzati li se jagħnu l-atmosfera ta’ kreattività u ċ-ċelebrazzjoni brijuża tal-ktieb. “L-esebituri huma l-qofol tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Mhumiex biss il-pubblikaturi u l-bejjiegħa tal-kotba, iżda wieħed se jkun jista’ jsib stands ta’ NGOs u entitajiet internazzjonali bbażati f’Malta, li flimkien se jwasslu l-prodott kulturalment rikk li l-Festival magħruf għalih”, qalet id-Direttur tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Simona Cassano. Żiedet li ta’ min jinnota l-element uman u l-isforzi sabiex dan ikun avveniment li jlaqqa’ lin-nies flimkien. “L-opportunità li wieħed jinteraġixxi ma’ professjonisti minn oqsma differenti fl-industrija tal-kotba – lokalment u internazzjonalment – hija dik ix-xi ħaġa aktar li tagħmel lill-Festival maġiku u dejjiemi u li jibqa’ jiġbed aktar minn 50,000 persuna kull sena, miż-żgħar tal-iskola sal-qarrejja misjurin”, irrimarkat Cassano. L-esebituri se jkunu qed jorganizzaw attivitajiet differenti, kemm fuq l-istands tagħhom u anki fis-swali tal-attivitajiet imqassmin fi nħawi differenti. Id-dimensjoni internazzjonali ġiet aċċentwata dis-sena, bil-parteċipazzjoni ta’ entitajiet ġodda bħaċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta u l-Ambaxxata Spanjola f’Malta. Magħhom jingħaqdu entitajiet li issa drajna, fosthom l-Istitut Kulturali Taljan La Valletta, il-German-Maltese Circle u l-Ambaxxata Franċiża li se tilqa’ għall-ewwel darba l-Alliance Française u l-ħanut tal-kotba Lireka. L-Ambaxxata Irlandiża f’Malta hija msieħba importanti dis-sena, għax bis-saħħa tagħha se jkun hawn ir-rebbieħ tal-Premju Booker tas-sena l-oħra, Paul Lynch. It-tema #dinjietjirrimaw tmur lil hinn mill-paġni tal-kotba u l-istili tagħhom. Bis-saħħa ta’ kollaborazzjonijiet bħal dawk mal-Kunsill Malti għall-Arti, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, Benna, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u Piscopo Garderns, il-Festival se jkun il-lok kemm għall-ispirazzjoni kreattiva iżda wkoll għal kuxjenza soċjali u ambjentali. Ta’ min isemmi l-Kamra Sensorja – immaniġġjata minn Inspire Malta u mwieżna minn APS Bank – li għal darb’oħra se toffri mkien sigur u inklussiv għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu b’attivitajiet ta’ qari. Il-lista sħiħa tal-esebituri ssibha hawnhekk. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jseħħ fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali, bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet issibu hawnhekk. Għal aktar informazzjoni żur ktieb.org.mt jew il-paġna Facebook u Instagram tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More