Home / News / L-Imħallef Rosemarie Aquilina l-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Back to News L-Imħallef Rosemarie Aquilina l-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Festivals • Inizjattivi • Other 5th September, 2019 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li l-mistiedna ewlenija għall-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għal dis-sena hi l-Imħallef u kittieba Rosemarie Aquilina. Aquilina, bint emigrant Malti u emigranta Ġermaniża, kisbet fama internazzjonali s-sena l-oħra meta kienet l-imħallef fil-każ ta’ Larry Nassar, li nstab ħati li abbuża 156 atleta meta kien tabib tat-tim Olimpiku tal-Istati Uniti, każijiet li jmorru lura sal-1992. Il-mod kif mexxiet il-każ u l-lingwaġġ iebes li esprimiet fil-konfront ta’ Nassar sabu posthom fil-midja internazzjonali, iżda l-aktar att sinjifikanti tal-Imħallef kien li tat iċ-ċans lil 140 persuna jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom quddiem l-aggressur. Barra mill-qrati, l-Imħallef Aquilina hija attivista kontra l-abbuż sesswali u taħdem favur id-dinjità tal-persuni li jsofru l-abbuż. Fost l-oħrajn kien ewlieni l-intervent tagħha biex jinbidel statut li jagħmilha ferm diffiċli għal persuni misjuba ħatja ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal. Minbarra l-professjoni legali tagħha, l-Imħallef Rosemarie Aquilina hija wkoll kittieba, u ppubblikat żewġ rumanzi ġjalleski: Feel No Evil (2003, Porch Swing Press) u Triple Cross Killer (2017, Fiery Seas Publishing). Il-pubbliku li se jkun qed jattendi l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għandu ċ-ċans li jiltaqa’ ma’ din il-mistiedna speċjali waqt attivitajiet iddedikati lilha kemm bħala kittieba iżda anki bħala kelliema u attivista voċifera. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta. Kun af bl-aħħar aġġornamenti billi żżur is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, jew fuq Facebook. [add_posts category=festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More