Home / News / L-Imħallef Rosemarie Aquilina l-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Back to News L-Imħallef Rosemarie Aquilina l-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 Festivals • Inizjattivi • Other 5th September, 2019 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li l-mistiedna ewlenija għall-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għal dis-sena hi l-Imħallef u kittieba Rosemarie Aquilina. Aquilina, bint emigrant Malti u emigranta Ġermaniża, kisbet fama internazzjonali s-sena l-oħra meta kienet l-imħallef fil-każ ta’ Larry Nassar, li nstab ħati li abbuża 156 atleta meta kien tabib tat-tim Olimpiku tal-Istati Uniti, każijiet li jmorru lura sal-1992. Il-mod kif mexxiet il-każ u l-lingwaġġ iebes li esprimiet fil-konfront ta’ Nassar sabu posthom fil-midja internazzjonali, iżda l-aktar att sinjifikanti tal-Imħallef kien li tat iċ-ċans lil 140 persuna jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom quddiem l-aggressur. Barra mill-qrati, l-Imħallef Aquilina hija attivista kontra l-abbuż sesswali u taħdem favur id-dinjità tal-persuni li jsofru l-abbuż. Fost l-oħrajn kien ewlieni l-intervent tagħha biex jinbidel statut li jagħmilha ferm diffiċli għal persuni misjuba ħatja ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal. Minbarra l-professjoni legali tagħha, l-Imħallef Rosemarie Aquilina hija wkoll kittieba, u ppubblikat żewġ rumanzi ġjalleski: Feel No Evil (2003, Porch Swing Press) u Triple Cross Killer (2017, Fiery Seas Publishing). Il-pubbliku li se jkun qed jattendi l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għandu ċ-ċans li jiltaqa’ ma’ din il-mistiedna speċjali waqt attivitajiet iddedikati lilha kemm bħala kittieba iżda anki bħala kelliema u attivista voċifera. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta. Kun af bl-aħħar aġġornamenti billi żżur is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, jew fuq Facebook. [add_posts category=festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More