Home / News / Niltaqgħu ma’ Filip il-Kittieb, l-Awtur Mistur tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Back to News Niltaqgħu ma’ Filip il-Kittieb, l-Awtur Mistur tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Festivals • Other 24th July, 2023 Agħti r-riħ lis-seħer tal-letteratura u għodos fid-drammatiċità tal-kelma miktuba waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb dis-sena! Nintroduċulkom lil Filip il-Kittieb, it-tieni minn erba’ karattri li se jidhru fil-poster tal-edizzjoni ta’ dis-sena – kittieb mistur minn maskla tal-palk b’passjoni kbira biex il-kelma jsarrafha f’teatru. Ħu nota fil-kalendarju tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023, li se jsir bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru, u ngħaqad magħna biex niċċelebraw is-seħer tal-istejjer u r-relazzjoni bejn il-kotba u forom artistiċi oħrajn! It-tema ta’ dis-sena, #kotbakitbauaktar, se toħodkom fi vjaġġ li jmur lil hinn minn dak li s-soltu nifhmu b’letteratura, f’dinjiet ta’ espressjonijiet artistiċi. Il-programm tal-attivitajiet għal dis-sena se jinkludi damma ta’ attivitajiet għal kull età li basta minnhom se jkunu qed jiffukaw fuq id-dinja maġika tal-kotba. Minn animazzjonijiet interattivi uqari mit-teatru są xows u poezja mitkellma, wieħed mill-maskots tal-Festival – Filip il-Kittieb – se jkun magħkom tul l-avveniment. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-kotba f’Malta, u bi kważi 50 esebitur – lokali u internauzjonali – ibigħu l-kotba tagħhom taħt saqaf wieħed, ibqa’ ċert li se ssib xi ktieb jgħodd għalik. Għall-aħħar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, segwi s-sit, il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More