Home / News / Proposta ta’ Riġenerazzjoni għal-Librerija Pubblika Ċentrali back to news Proposta ta’ Riġenerazzjoni għal-Librerija Pubblika Ċentrali Inizjattivi • Other 27th July, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u AP Valletta ngħaqdu bl-għan li jesploraw il-potenzjal għar-riġenerazzjoni taż-żona tal-Librerija Pubblika Ċentrali filwaqt li jipproponu wkoll spazji u użi ġodda li jistgħu jiġu introdotti fil-Librerija Pubblika Ċentrali. Il-kunċett huwa li terġa’ tissawwar ir-rabta storika li tgħaqqad l-iswar ma’ firxa ħadra mġedda li tgħaddi mis-sit, u li tgħaqqad il-MICAS mad-daħla tal-Belt Valletta, kif ukoll li jinħloloq spazju ġdid imħaddar, miftuħ u sikur. “Ċiċerun qal, ‘jekk għandek ġnien f’librerija, ma jonqsok xejn’. Din il-filosofija, li fiha l-arkitettura u l-ambjent huma marbutin sew flimkien, hija fiċ-ċentru tax-xogħol tagħna”, ikkummenta David Felice, id-Direttur Eżekuttiv ta’ AP Valletta. “L-eżerċizzju li wettaqna fiż-żona tal-Librerija Pubblika Ċentrali għandu l-għan li jlaqqa’ l-kotba u l-binja mal-ambjent tal-madwar u li jagħti ħajja ġdida lil-Librerija Pubblika Ċentrali u l-inħawi filwaqt li jirrestawra u jsaħħaħ l-ispirtu tal-post. Sezzjoni tul iż-żona tal-Librerija Pubblika Ċentrali. Drittijiet: AP Valletta. “Il-libreriji pubbliċi huma parti essenzjali tal-industrija tal-kotba kif ukoll wirt nazzjonali,” irrimarka Mark Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. “Għandna nassiguraw li l-libreriji pubbliċi jkunu aċċessibbli, attraenti u li jilqgħu lill-pubbliku. Is-sitwazzjoni attwali tagħti lok għal ħafna titjib, u nittamaw li permezz tal-pjan tagħna nirriġeneraw il-Librerija Pubblika Ċentrali u nżidu l-użu tagħha b’rata esponenzjali. Għandna nħarsu għall-futur bi pjanijiet konkreti u effettivi. Ma jistħoqqx li nkunu kompjaċenti.” Impressjoni artistika tal-aċċess ġdid pedonali. Proposta ta’ Riġenerazzjoni taż-żona tal-Librerija Pubblika Ċentrali. Drittijiet: AP Valletta. Bħala riżultat tal-fażi preliminari ta’ analiżi u riċerka tas-sit, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u AP Valletta identifikaw erba’ pilastri għar-riġenerazzjoni: – It-titjib tal-viżibilità u l-aċċessibilità permezz ta’ aċċess ġdid pedonali aħdar li jħajjar lin-nies jesploraw iż-żona u jiffaċilita l-aċċess għall-bejt bħala daħla ġdida għal-Librerija Pubblika Ċentrali. – It-tisbiħ u ż-żieda ta’ spazji ta’ ġewwa kif ukoll ta’ barra, li jistgħu jiġu organizzati mill-ġdid biex jinħolqu żoni ġodda b’użi differenti. – Li jiġu provduti serje ta’ spazji flessibbli sabiex jiġu diversifikati l-attivitajiet u l-avvenimenti pubbliċi, bħal seminars u laqgħat informali organizzati mill-komunità, marbutin mal-kultura, il-letteratura, l-edukazzjoni u attivitajiet ta’ divertiment. – Ħinijet tal-ftuħ estiżi, li jżommu l-librerija ħajja u miftuħa sa tard billejl. [embedyt] https://youtu.be/cxH-2ka1M14[/embedyt] Din il-proposta ta’ disinn indipendenti hija wkoll parti minn ‘Building Futures ‘, kollaborazzjoni bejn AP Valletta u l-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta, li qiegħda tapprova dan il-proġett. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More