Home / News / Sejħa għall-Applikazzjonijiet għall-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK 2021 back to news Sejħa għall-Applikazzjonijiet għall-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK 2021 Fondi • Fondi awdjoviżivi • Other 16th May, 2021 Bil-għan li jippromwovi l-letteratura Maltija bis-saħħa tal-għajnuna fil-produzzjoni ta’ adattament ta’ rumanz rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iniedi t-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Fond għall-Adattament Ċinematografiku. Il-Fond qed jilqa’ applikazzjonijet minn kumpaniji ta’ produzzjonijiet awdjoviżivi rreġistrati Malta jew l-Ewropa, u se jkun qed jindirizza l-istadji kollha fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett wieħed li jkunulu allokati €200,000 wara deċiżjoni minn bord ta’ evalwazzjoni indipendenti. L-adattamenti megħjuna mill-Fond iridu jkunu bbażati fuq rumanzi bil-Malti jew bl-Ingliż li għamluha mal-finalisti jew rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb mindu twaqqaf fl-1971. Ir-riżultat finali għandu jkun film ta’ 80 minuta jew aktar. Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK jinħareġ kull sentejn, bl-ewwel fond ikun dak tal-2019. Dan kien mar għand Shadeena Entertainment għall-adattament ta’ Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi (Merlin Publishers, 2012) ta’ Alex Vella Gera. Il-film mistenni jintwera fiċ-ċinema aktar tard dis-sena. Kumpaniji tal-produzzjonijiet awdjoviżivi interessati għandu jkollhom id-drittijiet li jadattaw ir-rumanz u jipproduċu u jqassmu l-film, fil-forma ta ftehim għall-għażla, qabel ma jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom. L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll pjan dettaljat tal-proġett, analiżi finanzjarja, u ittri ta’ intenzjoni mid-Direttur/i u l-Produttur/i. Ir-Regolamenti u l-Kriterji tal-Valutazzjoni kollha nġabru f’dokument tal-Linji Gwida li fih l-informazzjoni kollha għall-applikanti. Dawk interessati għandhom ikunu żguri li jaqraw bir-reqqa u fl-intier tagħhom il-Linji Gwida , inklużi l-Annessi kollha. Il-benefiċjarju tal-għotja tal-produzzjoni se jkun mitlub li jidħol fi ftehim kuntrattwali mal-KNK sa Diċembru 2021, u jkun mistenni li jwassal muntaġġ finali tal-film lill-KNK fl-2023. Il-KNK għandu d-dritt li juri l-film fuq bażi mhux kummerċjali f’avvenimenti speċjali f’Malta u lil hinn biex jippromwovi l-letteratura ta’ Malta u l-programm ta’ finanzjament. Matul il-perjodu kollu tal-produzzjoni, it-tim irid jibqa’ f’kuntatt mal-Amministraturi tal-KNK biex jiġi żgurat li l-proġett qed jiżviluppa skont il-proposta u skont il-Kriterji ta’ Valutazzjoni u r-Regolamenti. Applika billi tibgħat erba’ kopji stampati tal-applikazzjoni f’dan l-indirizz: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-Librerija Ċentrali Pubblika, Triq Joseph J. Mangion, il-Furjana, FRN 1800. L-applikazzjoni trid tintbagħat sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Awwissu 2021. Jintlaqgħu applikazzjonijiet fl-intier tagħhom biss. Il-Linji Gwida u l-Formola tal-Applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn hawn. SHARE POST Related Articles Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More view all similar news
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More