Home / News / Sejħa għall-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ 2023 back to news Sejħa għall-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ 2023 Inizjattivi • Konkorsi għaż-żgħażagħ • Konkorsi Letterarji • Other 23rd January, 2023 Aġenzija Żgħażagħ (AŻ) flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iniedu edizzjoni ġdida tal-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ. Is-sejħa se taċċetta sottomissjonijiet mill-24 ta’ Jannar sal-1 ta’ Settembru 2023. It-tnedija uffiċjali ta’ dan il-konkors saret f’Novembru waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, permezz ta’ ffirmar ta’ kuntratt bħala turija ta’ qbil mis-CEO tal-AŻ, Miriam Teuma, u l-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri. Waqt din it-tnedija, ir-rebbieħ tal-aħħar konkors, Lon Kirkop, qal kelmtejn dwar ir-rumanz tiegħu Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules. Kirkop tkellem ukoll fuq in-nuqqas ta’ letteratura għaż-żgħażagħ, u l-importanza li tiġi ppubblikata letteratura li tkun verament ta’ persuni fil-bidu taż-żgħożija tagħhom, li titkellem il-lingwa tagħhom, u għalhekk tinkorraġġihom jaqraw aktar u aktar waqt li takkumpanjahom fit-triq tagħhom lejn ħajja ta’ adulti. Dan il-konkors letterarju annwali għandu l-għan li jtejjeb il-letteratura Maltija u joffri għażla usa’ ta’ letteratura innovattiva, eċitanti u mhux didattika għaż-żgħażagħ fis-suq lokali. Il-konkors, miftuħ għal dawk minn għoxrin sena ’l fuq, se jagħti lill-awturi l-opportunità biex jesploraw temi relatati maż-żgħażagħ u sitwazzjonijiet tipiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-istess żgħażagħ f’dan l-istadju ta’ ħajjithom. Permezz ta’ din l-inizjattiva, iż-żewġ entitajiet imsemmija ngħaqdu biex iġeddu l-kollaborazzjoni ta’ bejniethom bil-għan li jżidu d-disponibbiltà tal-letteratura Maltija f’dan il-ġeneru, u konsegwentament iqajmu l-interess u l-motivazzjoni taż-żgħażagħ f’kotba miktuba bil-Malti. L-organizzaturi jaspiraw li jtellgħu fil-wiċċ l-eċċellenza, billi jippremjaw xogħlijiet ta’ kontenut letterarju għoli, mhux biss permezz ta’ premji finanzjarji, imma wkoll permezz ta’ għajnuna fil-pubblikazzjoni tal-manuskritt rebbieħ minn dar tal-pubblikazzjoni magħżula mir-rebbieħ. Ir-rebbieħ jintalab jippreżenta pitch tal-manuskritt lil dar ta’ publikazzjoni magħżula minnu u jinnegozja d-dettalji tal-kuntratt ta’ pubblikazzjoni, li hija parti integrali mill-proċess. Il-manuskritti jiġu evalwati b’mod anonimu minn tliet aġġudikaturi maħtura mill-KNK. Il-manuskritt rebbieħ jintgħażel skont erba’ kriterji stabbiliti – l-iżvilupp tal-plott u l-karattri; l-oriġinalità; il-lingwa; u l-kwalità. Min jista’ japplika? L-applikanti eliġibbli jistgħu jkunu individwi jew gruppi ta’ individwi minn 20 sena ’l fuq. Sabiex l-applikazzjoni titqies eliġibbli, il-manuskritt imressaq ma jistax ikun ippubblikat qabel, kemm b’mod sħiħ, kif ukoll parzjalment. L-applikanti huma inkoraġġiti jaqraw il-linji gwida bir-reqqa qabel japplikaw. Kif tapplika? Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu bil-posta f’envelopp wieħed li jinkludi erba’ kopji tal-manuskritt oriġinali bil-Malti li fih bejn 20,000 u 25,000 kelma, iffirmat biss permezz ta’ psewdonimu u stampat fuq karta tal-qies A4, flimkien ma’ formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata li tinkludi d-dettalji kollha (isem tar-rumanz; psewdonimu; isem u kunjom; indirizz postali, numru tat-telefown / tal-mobajl; u indirizz elettroniku) u erba’ kopji ta’ sinopsi b’massimu ta’ 500 kelma. L-awturi interessati jiktbu r-Rumanz għaż-Żgħażagħ tas-Sena li jmiss, huma mitluba jaqraw il-linji gwida li juru l-proċess ta’ applikazzjoni u l-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-konkors. Dawn jinsabu hawnhekk jew fuq il-website ta’ AŻ. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More