Home / News / Sejħa Miftuħa Għal Animatur Diġitali/Disinjatur Tal-Moviment back to news Sejħa Miftuħa Għal Animatur Diġitali/Disinjatur Tal-Moviment Festivals • Inizjattivi • Other 2nd June, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) u l-Malta Community of Illustrators (MCOI) qed inħabbru bi pjaċir sejħa miftuħa għal animatur diġitali/disinjatur tal-moviment sabiex jinħoloq filmat promozzjonali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024, ibbażat fuq l-illustrazzjonijiet ta’ Ed Dingli. Il-filmat se jkun qed jesprimi t-tema tal-Festival ta’ dis-sena: #dinjietjirrimaw, wirja ta’ kull aspett mid-dinja tal-letteratura, mit-twelid tal-idea sal-prodott finali. Bħalma l-Festival se jkun qed iħaddan l-istadji kollha tal-proċess tal-pubblikazzjoni, MBF 24 iwegħedkom li se jkun ċelebrazzjoni waħda tal-kreattività fil-forom varji tagħha. L-illustrazzjoni maqsuma f’erba’ ‘dinjiet’ differenti iżda kumplimentari li se jinkixfu gradwalment tul il-kampanja ta’ promozzjoni. Mhux ta’ min titlef din l-opportunità li tipparteċipa fl-akbar avveniment f’Malta relatat mal-kotba u l-industrija tal-kotba. Il-filmat se jikkumplimenta l-kampanja tal-MBF 24. Se jintuża bħala daħla qasira għal f’numru ta’ materjal promozzjonali, u fl-istess ħin iservi wkoll bħala rappreżentazzjoni viżiva u dinamika tat-tema u l-programm tal-Festival. Allura importanti immens li l-filmat mhux biss jibni fuq il-lehma kreattiva tal-illustratur, imma anki juri b’mod prominenti d-dati tal-avveniment, l-elementi ewlenin tad-disinn u t-tema #dinjietjirrimaw. L-illustrazzjonijiet li l-applikanti jistgħu jaċċessaw fi żmien is-sejħa jinsabu fuq moodboard li fiha l-ewwel elementi tal-kampanja tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024. Warajhom imbagħad se joħorġu fil-pubbliku ftit ftit l-erba’ ‘dinjiet’ f’numru ta’ powsts fix-xhur li ġejjin. Il-mużika li trid tintuża hija Zoltan ta’ Kym Pepe. X’qed Infittxu? It-tul: 30-35 sekonda l-aktar, u jingle iqsar ta’ bejn 5 u 7 sekondi It-tip: Animazzjoni viżiva li tolqot l-għajn: Għall-online (mp4) u aktarx għat-TV (mxf), kif ukoll bħala daħla fuq il-portals online Il-lingwa: bil-Malti, u sottotitli bl-Ingliż Skript: Mill-inqas (ftit speech bubbles / supers) Aktar informazzjoni dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (6-10 ta’ Novembru) tinsab fuq https://ktieb.org.mt/festival-nazzjonali-tal-ktieb/. Il-hashtags tal-Festival huma ‘#dinjietjirrimaw’ – ‘#bindingworlds’ Il-Moodboard tal-MBF 24 Ix-xogħol artistiku se jkun maqsum f’erba’ ‘dinjiet’ differenti li se jidhru gradwalment lill-pubbliku bħala parti mill-kampanja promozzjonali. Kull ‘dinja’ se turi naħa oħra tal-kunċett ewlieni. Dinja 1 hija ddominata miċ-ċaqliq tas-sħab u t-tiħrik / ċaqliq ta’ paġni / dawl imlewwen. Dinja 2 turi l-moviment tan-nies (eż. persuna taqbeż fil-pool, tifla tonfoħ il-bżieżaq tas-sapun). Kull element iżomm il-bilanċ huwa u jitħarrek donnu se jxaqleb lejn naħa jew oħra/ F’Dinja 3 jidher vapur tiela’ u nieżel fil-mewġ, id-duħħan tiela’ u l-karti jittajru. Dinja 4 fiha għodda jitħarrku u mixi fuq ħabel irqiq u kliem. Kif Tapplika Jekk inti animatur diġitali jew disinjatur tal-moviment u interessat f’din l-opportunità eċitanti, jekk jogħġbok daħħal dal-materjal li ġej f’dil-formola. Il-portafoll tiegħek li juri dak ix-xogħol relevanti turija tal-ħiliet tiegħek fl-animazzjoni u d-disinn. Il-proposta tiegħek: deskrizzjoni ta’ kif se tersaq lejn il-proġett u kif se tippjana li tagħti l-ħajja lill-kunċett. Skeda taż-żmien proposta sabiex tlesti l-filmat promozzjonali fi żmien 9 ġimgħat kif allokat. L-informazzjoni ta’ kuntatt (isem, email, numru). Kif Tibni l-Proposta Tiegħek Il-proposta trid tinkludi deskrizzjoni ta’ kif se tersaq lejn il-proġett u kif se tippjana li tagħti l-ħajja lill-kunċett. Meta ddaħħal il-proposta tiegħek, jekk jogħġbok ibniha skont dawn l-elementi ewlenin: Introduzzjoni: Introduċi lilek innifsek u pprovdi sommarju tal-esperjenza li għandek fl-animazzjoni diġitali u d-disinn tal-moviment. Resqien lejn is-suġġett: Aqsam magħna r-resqien kreattiv tiegħek lejn is-suġġett u l-viżjoni għall-filmat promozzjonali. Dejjem żomm f’rasek it-tema u l-kunċett #dinjietjirrimaw tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024. L-illustrazzjonijiet tal-kampanja tal-Festival huma ta’ Ed Dingli, li xtaq jgħaddilek dal-messaġġ: ‘L-ispirazzjoni tiegħi għall-illustrazzjoni ta’ dis-sena kienet ibbażata fuq is-sens ta’ vjaġġ, traġitt, passaġġ. Li niġbed lill-qarrej fid-dinja tal-letteratura u l-istejjer. Li nesplora s-snajja’ differenti tal-industrija, il-ġeneri u l-kotba li jqanqlu ħsus differenti f’kull wieħed u waħda minna. Li niftaħ il-bibien għall-iskoperti u għal dak li mhux lakemm taħfnu mill-ewwel, għall-avventura, il-mhux magħruf, u l-istagħġib. Kull ktieb dinja ta’ inkontri mhux mistennija, kull paġna esplorazzjoni ġdida’. Il-proposta għandha żżur kull waħda mill-erba’ ‘dinjiet’ imsemmija. Ix-xena aħħarija trid turi l-powster kollu. Skeda taż-Żmien: Urina l-iskeda u kif se tqassam xogħlok sabiex tlaħħaq kollox fiż-żmien allokat. Il-Portafoll: Urina l-ħiliet u l-ispeċjalizzazzjoni tiegħek b’eżempji relevanti mill-portafoll tiegħek. Nippreferu skript minimalista għall-filmat promozzjonali. L-iskript irid ikun konċiż imma jdomm il-messaġġ ewlieni tal-Festival. Dati Importanti Is-sejħa tiftaħ fl-4 ta’ Ġunju Għeluq iż-żmien biex tissottometti l-applikazzjoni u l-proposta tiegħek: 18 ta’ Ġunju Tħabbir tar-rebbieħ/a: 28 ta’ Ġunju Twassil tal-filmat finali: 9 ġimgħat minn meta jitħabbar ir-rebbieħ/a, bl-informazzjoni kollha, l-artwork u s-sommarju tax-xogħol – dawn jiġu diskussi mal-applilkant/a magħżul/a. Il-pubblikazzjoni tal-filmat promozzjonali tal-Festival: 24 ta’ Settembru Ħlas Il-ħlas għal dax-xogħol kollu msemmi hawn fuq għal Animatur Diġitali/Disinjatur tal-Moviment huwa ta’ €3,000 mingħajr VAT. Dan jinkludi l-ispejjeż biex isir il-filmat ta’ bejn 30 u 35 sekonda, u l-filmat jingle ta’ bejn 5 u 7 sekondi bi ħsejjes ibbażati fuq dawk użati fil-filmat itwal. Il-kumpens jingħata wara li jiddaħħal il-filmat lest. L-ispejjeż iridu jkunu akkumpanjati minn fatturi u l-applikant irid ikollu numru tal-VAT. Ingħaqdu magħna sabiex niċċelebraw flimkien il-qawwa tal-letteratura u l-pontijiet li għandha ma’ midja oħra waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024. L-animazzjoni tagħkom jaf tkun l-għodda perfetta li tispira, teduka u tkebbes l-immaġinazzjoni ta’ dawk li jattendu l-Festival. Ħerqanin naraw il-proposti tagħkom! SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More