Home / News / Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2023 Back to News Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2023 Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 5th June, 2023 [vc_row][vc_column][vc_column_text] Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jistieden lil poeti li jiktbu bil-Malti biex jipparteċipaw fil-ħames edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef li tnieda fl-2019 bil-għan li jsaħħaħ il-kitba poetika f’Malta u biex jiċċelebra l-poeżija miktuba bil-Malti. F’dawn l-aħħar snin il-Konkors intrebaħ minn poeti stabbiliti fosthom Therese Pace, Carmel Scicluna, il-Poeta Lawreata Nadia Mifsud, kif ukoll minn ilħna ġodda bħal Klara Vassallo. Il-konkors ikun aġġudikat minn grupp ta’ aġġudikanti li jinħatar kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ġurija tevalwa kull poeżija, b’mod anonimu, skont damma ta’ kriterji li jħarsu lejn l-awtentiċità, l-immaġinazzjoni, id-distintività fil-vuċi, u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit. Ikunu ppremjati l-ewwel tliet postijiet; l-awturi tal-poeżija rebbieħa jirċievu premju ta’ €1,000, u l-awturi taż-żewġ poeżiji ta’ warajha jirċievu premju ta’ €200 u €100 rispettivament. Ir-rebbieħa tal-konkors jitħabbru f’ċerimonja mtellgħa waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 li dis-sena se jsir bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru Malti għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali. Il-parteċipanti huma mitluba jissottomettu poeżija oriġinali waħda biss li ma ġietx ippubblikata qabel xi mkien ieħor. Il-poeżija trid tkun bil-Malti u ma taqbiżx is-36 vers. Kull applikant mitlub jaqra bir-reqqa r-regolamenti tal-Konkors li jinsabu ppubblikati fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-applikazzjoni mimlija b’mod sħiħ għandha tinbagħat bil-posta flimkien ma’ erba’ kopji tal-poeżija sottomessa, iffirmata biss bi psewdonimu, f’dan l-indirizz: Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2023, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnhem, Pembroke PBK 1776 sa mhux aktar tard mit-Tnejn is-7 t’Awwissu 2023 f’nofsinhar. L-applikanti għandhom jibagħtu wkoll kopja tal-poeżija tagħhom permezz tal-formola tal-applikazzjoni online. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More