Home / News / L-aħħar maskot tal-Festival joħodna lura għall-bidu Back to News L-aħħar maskot tal-Festival joħodna lura għall-bidu Festivals • Other 17th August, 2023 Wara li ltqajna ma’ Ray il-Qarrej, Filip il-Kittieb u Ċiċi l-Ispettatriċi, nippreżentawlkom karattru ieħor mill-powster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Mia s-Semmiegħa li tħobb b’mod speċjali tisma’ l-istejjer mill-kotba rrakkuntati bil-fomm. Seħer ir-rakkuntar ilu minn ewl id-dinja, u l-bniedem fin-natura tiegħu jxaqleb lejn l-istejjer bil-fomm sabiex jiftakar, fosthom l-istorja tiegħu nnifsu jew l-għerf ta’ nies tul iż-żminijiet, kif juruna l-qwiel (u anki l-etimoloġija tal-kelma “qwiel”). Widnejn Mia jitwaqqfu u ssib il-mistrieħ xħin tisma’ l-istejjer irrakkuntati u l-letteratura mtarrfa. Għalkemm il-kotba xorta waħda tikolhom – bħalma wara kollox jagħmlu t-tliet karattri l-oħra tal-powster – il-letteratura tikkunsmaha wkoll f’ġeneri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-widna. Ġieli smajt xi adattament mużikali ta’ xi test letterarju, ngħidu aħna xi għanja jew l-Innu Malti nnifsu, jew tisma’ ktieb awdjo, jew anki xi poddata letterarja? Dawn huma kollha esperjenzi differenti li madankollu telqu minn punt komuni – il-letteratura. Kemm jekk inti tħobb il-kotba, kittieb aspirant jew xi ħadd li jfittex modi ġodda kif il-letteratura u l-kotba jmissuh, mela nistednuk għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali. Fost l-oħrajn, il-programm se jkun fih attivitajiet fuq dawn il-linji, ngħidu aħna qari ta’ poeżija, sessjonijiet live ta’ poddati u kunċerti mużiko-letterarji, u tista’ ssib ukoll kotba li jkollhom il-verżjoni awdjo tagħhom mingħand uħud mill-esebituri ta’ dis-sena. Għall-aħħar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, segwi s-sit, il-paġna tal-Facebook tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More