Home / News / Taħt il-Qoxra: Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus Back to News Taħt il-Qoxra: Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Inizjattivi • Other 22nd March, 2021 F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Matthew Borg dwar il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2021 – edizzjoni virtwali. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk. Hawnhekk issib il-programm kollu. Il-Festival jibda nhar l-Erbgħa u jibqa’ sejjer sal-Ġimgħa. Il-programm tal-attivitajiet jinkludi 17-il attività fosthom tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, taħditiet tematiċi, u anki Palk Ħieles. Dis-sena qed jipparteċipaw 8 eżebituri li kollha qed joffru kotba bi skontijiet speċjali għal dawn it-tlitt ijiem. Magħhom jingħaqdu dipartimenti universitarji u xejn inqas minn 5 għaqdiet studenteski, li lkoll għenew biex din l-ewwel edizzjoni virtwali tal-Festival ma tagħmilx għajb lil ta’ qabilha. Il-mistieden speċjali huwa l-poeta, kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi u proża Mark Doty. Doty kien l-ewwel Amerikan li rebaħ il-Premju T.S. Eliot fir-Renju Unit fl-1995, u fl-2008 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-Istati Uniti bil-ktieb Fire to Fire: new and selected poems (HarperCollins, 2008). Huwa l-awtur ta’ diversi ġabriet ta’ poeżija, fosthom Bethlehem in Broad Daylight (D.R. Godine, 1991), A Swarm, A Flock, A Host: A Compendium of Creatures (Prestel, 2013), u Deep Lane (W.W. Norton, 2015) u anki ġabriet ta’ memoirs bħal Firebird (HarperCollins, 1999), Still Life with Oysters and Lemon: On Objects and Intimacy (Beacon Press, 2000) u Dog Years (HarperCollins, 2007). Doty kemm-il darba tqabbel ma’ poeti bħal James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy minħabba l-eleganza u l-intelliġenza fil-versi tiegħu. L-aktar ktieb riċenti tiegħu huwa What Is the Grass – Walt Whitman in My Life (W.W. Norton, 2020). Bħalissa Doty huwa Professur Distint u Direttur ta’ Writers House fl-Università ta’ Rutgers. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More