Home / News / Titħabbar id-data taċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 Back to News Titħabbar id-data taċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 30th November, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar bi pjaċir li ċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 se ssir fl-10 ta’ Diċembru taħt il-patroċinju tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Berġa ta’ Kastilja. Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jitħabbru ftit wara tmiem iċ-ċerimonja fuq is-sit www.ktieb.org.mt u l-paġna tal-Facebook tal-KNK. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jingħata kull sena mill-KNK bil-għan li jiċċelebra l-ogħla kisbiet tal-pubblikazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ letteratura u riċerka mis-sena ta’ qabel. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jingħata fi tmien kategoriji differenti, jiġifieri l-kategoriji tar-Rumanz, in-Novella, il-Poeżija, il-Letteratura mhux Fittizja, it-Traduzzjoni, id-Drama, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika. Dis-sena ma kienx hemm sottomissjonijiet fil-kategorija tad-Drama. Il-kotba rebbieħa ntgħażlu minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti fost lista ta’ finalisti li tħabbret aktar kmieni dis-sena. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka għal kotba tat-tfal u l-adolexxenti tħabbru diġà waqt il-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021. Ara min kienu r-rebbieħa. Għal aktar informazzjoni dwar min huma l-pubblikaturi lokali u x’kotba għandhom għall-bejgħ online fosthom il-kotba finalisti ta’ dis-sena, żur dil-paġna fuq is-sit tal-KNK. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More