Home / News / Titħabbar id-data taċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 Back to News Titħabbar id-data taċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 30th November, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar bi pjaċir li ċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 se ssir fl-10 ta’ Diċembru taħt il-patroċinju tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Berġa ta’ Kastilja. Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jitħabbru ftit wara tmiem iċ-ċerimonja fuq is-sit www.ktieb.org.mt u l-paġna tal-Facebook tal-KNK. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jingħata kull sena mill-KNK bil-għan li jiċċelebra l-ogħla kisbiet tal-pubblikazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ letteratura u riċerka mis-sena ta’ qabel. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jingħata fi tmien kategoriji differenti, jiġifieri l-kategoriji tar-Rumanz, in-Novella, il-Poeżija, il-Letteratura mhux Fittizja, it-Traduzzjoni, id-Drama, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika. Dis-sena ma kienx hemm sottomissjonijiet fil-kategorija tad-Drama. Il-kotba rebbieħa ntgħażlu minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti fost lista ta’ finalisti li tħabbret aktar kmieni dis-sena. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka għal kotba tat-tfal u l-adolexxenti tħabbru diġà waqt il-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021. Ara min kienu r-rebbieħa. Għal aktar informazzjoni dwar min huma l-pubblikaturi lokali u x’kotba għandhom għall-bejgħ online fosthom il-kotba finalisti ta’ dis-sena, żur dil-paġna fuq is-sit tal-KNK. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More