Home / News / Il-KNK isellem lill-poeta Philip Sciberras Back to News Il-KNK isellem lill-poeta Philip Sciberras Other 3rd October, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) isellem lill-poeta u l-Imħallef Emeritu Philip Sciberras u jibgħat l-għomor lill-familja. Sciberras jibqa’ mfakkar għall-ġabriet ta’ poeżiji li ppubblika tul ħajtu, speċjalment il-ktieb Mandala fl-1984 li minnu bosta poeżiji ġew studjati mill-istudenti tul is-snin. Kotba oħra tiegħu huma; Priżmi ma’ Dun Lawrenz Cachia fl-1968; Dawl fil-Persjani (1972); u l-aħħar ġabra tiegħu fl-2014 Mirja, li fiha l-poeżiji kollha tiegħu mill-1963 sal-2013. Sciberras kien membru tal-Moviment Qawmien Letterarju fis-sittinijiet. Il-patrimonju ta’ Sciberras mhuwiex marbut mal-poeżija biss. Il-qasam legali huwa midjun mal-Imħallef Emeritu bil-pubblikazzjoni tiegħu Alfabett tal-Kodiċi Ċivili mqassam f’10 volumi u li ħadlu snin minn ħajtu. Sciberras baqa’ għaddej sal-aħħar bil-kontribut tiegħu, hekk kif kien qed ilesti serje oħra ta’ kotba legali jisimha ‘L-Alfabett tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili’. Sentejn ilu l-KNK kien intervista lil Sciberras dwar l-interess tiegħu fil-kitba, kemm dik artistika iżda anki legali, it-tematika eżistenzjali, l-onestà bħala prerekwiżit għall-kitba radikali tal-poeżija, it-tqassim tal-pubblikazzjoni monumentali Alfabett tal-Kodiċi Ċivili, u l-influwenzi Russi u Taljani fuq il-kitba tiegħu, fost oħrajn. Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk: https://ktieb.org.mt/news/taht-il-qoxra-philip-sciberras/ Fir-ritratt jidher il-poeta meta kien mistieden jaqra xogħlu waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta ftit tas-snin ilu. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More