Home / News / Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jieħdok ’l hinn minn #kitbakotbauaktar bis-saħħa ta’ kollaborazzjonijiet dinamiċi Back to News Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jieħdok ’l hinn minn #kitbakotbauaktar bis-saħħa ta’ kollaborazzjonijiet dinamiċi Festivals • Inizjattivi • Other 2nd October, 2023 Lesti ruħek għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, ċelebrazzjoni tal-letteratura u l-kotba li tmur lil hinn mill-fruntieri li dramma bihom u li se sseħħ bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru l-MFCC, Ta’ Qali. L-avveniment mistenni jagħni l-esperjenza tal-viżitaturi bis-saħħa ta’ kollaborazzjonijiet varji ma’ entitajiet kulturali ewlenin. Fosthom hemm ‘VII/Fidwa’, kunċert ta’ siegħa mid-duo mużikali ta’ kalibru The New Victorians, organizzat minn Teatru Malta u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) u li mistenni jgħaġġeb lill-udjenza. Il-kunċert jinseġ narrattiva mużikali mal-istorja tal-irvelli tas-Sette Giugnio, u fl-istess ħin irikkeb fuqha dimensjoni multisensorjali bbażata fuq ir-rumanz klassiku ta’ Nina Cremona, Il-Fidwa tal-Bdiewa. Ibbukkja l-biljetti tiegħek minn hawn. Il-KNK jaħdem anki sabiex ikebbes apprezzament lejn l-ilsien Malti, u b’hekk ħadem ma’ Heritage Malta sabiex ikollna l-wirja ‘Il-Malti: Il-Mixja sal-Għarfien Uffiċjali’, li ttellgħet aktar kmieni dis-sena bejn il-Heritage u l-Akkademja tal-Malti. Ejja u ara kif żviluppa dan l-ilsien li llum huwa tagħna. Għalkemm iċ-ċelebrazzjoni tal-letteratura Maltija tinsab fil-qalba tal-Festival, l-avveniment għandu dimensjoni internazzjonali li jġonġiha mal-kuntest lokali. Attività particolari li għandha dan l-ispirtu hija l-Premju Commonwealth tan-Novelli flimkien mar-rebbieħa Ċiprijotta tal-edizzjoni tal-2019, Constantia Soteriou. Soteriou se tkun intervistata minn Elena Cardona, u fiha se jitkellmu dwar din l-opportunità ġdida li issa għandhom il-kittieba Maltin, hekk kif minn din l-edizzjoni se jkunu jistgħu jibdew jissottomettu xogħolhom bil-Malti għal dan il-premju prestiġġjuż, bis-saħħa ta’ ftehim li sar mal-KNK. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ta’ Ġibiltà se jkun magħna wkoll f’taħdita mal-KNK dwar x’hemm jixxiebah u x’hemm differenti fil-kuntesti letterari taż-żewġ blatiet. Iċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet tal-Plaza Prizes se tinkled qari ta’ letteratura minn rebbieħa preċedenti, u se titmexxa mill-mistiedna speċjali tal-Festival, Sam Blake. L-Istituto Italiano di Cultura u l-German-Maltese Circle se joffru diversi attivitajiet immigrati għal nies li jitkellmu l-lingwa. L-aspett viżiv tal-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ ktieb jerġa’ jkun fiċ-ċentru, hekk kif se terġa’ tittella’ l-esebizzjoni ‘From Illustration to Book’ b’ħidma bejn il-KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti. L-esebizzjoni tweġġaħ lill-illustratori u disinjaturi Maltin kontemporanji, u fl-istess ħin sonora lil dawk il-pijunieri fil-qasam. Se jkun hemm sezzjoni li tinkludi għażla ta’ illustrazzjonijiet minn illustraturi mill-annal tal-Malta Community of Illustrators (MCOI). Fl-istess ħin il-Mural Interattiv, dirett minn Matthew Demarco u organizzat f’ħidma mal-MCOI, se jistieden lill-pubbliku jixtarr ir-relazzjoni bejn l-illustrazzjonijiet u l-bidla soċjali pożittiva. Imbagħad hemm pubblikaturi bħal Praspar Press, Kite Group, Kotba Calleja u Inanna Publishers li se jkollhom attivitajiet differenti immirati għal udienza varji. Kollaborazzjonijiet notevoli oħra huma dik mal-Fondazzjoni Inspire u l-APS Bank (li ħejjew Il-Kamra Sensorja), l-Energy and Water Agency, Gutenberg Press, Ġemma, l-Iskola San Anton, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, u d-drammaturga Simone Spiteri li se twasslilna divertiment lil tfal tal-iskola b’xows ibbażati fuq rebbieħa tal-Premju Terramaxka. Aħna u dejjem noqorbu lejn il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-avveniment jidher aktar ċar bħala esperjenza unika fid-dinja tal-letteratura, l-arti, u l-kultura. Titlifx din l-opportunità sabiex tiskopri x-xefaq tar-rakkuntar tal-istejjer u l-espressjoni kreattiva. Ingħaqad magħna l-MFCC mit-18 sat-22 ta’ Ottubru, u ħalli f’idejna biex noħduk lil hinn minn #kitbakotbauaktar. Id-dħul huwa b’xejn, iżda xi attivitajiet trid tirreġistra minn qabel għalihom. ‘VII/Fidwa’ hija l-unika attività li tirrikjedi l-biljetti bi ħlas. Segwi s-sit tal-KNK jew il-paġni Facebook tiegħu u tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għall-aħħar aġġornamenti. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More