Home / News / Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jippremja lil 18-il ktieb rebbieħ waqt ċerimonja fil-Palazz ta’ Sant’Anton Back to News Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jippremja lil 18-il ktieb rebbieħ waqt ċerimonja fil-Palazz ta’ Sant’Anton News • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 25th September, 2026 Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 – għall-kotba ppubblikati fl-2025 – tħabbru llejla waqt ċerimonja li saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jiġi ppreżentat ta’ kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), b’kotba rebbieħa magħżulin minn bord indipendenti ta’ aġġudikanti wara proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni. L-aġġudikanti faħħru x-xogħlijiet rebbieħa ta’ din is-sena għall-isforzi tagħhom sabiex jespandu l-firxa tal-kanonu letterarju Malti; permezz ta’ xogħlijiet metikolużi u vulnerabbli li jintroduċu temi u ideat li qajla ġew esplorati qabel. Xi xogħlijiet jheżżu lill-qarrejja u jqalftuhom ’il barra mill-kumdità tagħhom, oħrajn ifittxu l-istraordinarju fl-ordinarju. Ħafna minnhom joffru perspettivi ġodda li joffru lill-qarrejja gost u kontemplazzjoni, filwaqt jinkludu standards estetiċi u profondità intellettwali veri. Il-kotba rebbieħa ntgħażlu minn lista finali ta’ 47 finalist, li ttieħdu minn firxa inizjali ta’ 163 titlu eliġibbli: 103 kotba mqassmin fuq it-tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u 60 ktieb fil-kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. Bħalma għamel fis-sentejn li għaddew, il-KNK qiegħed għal darb’oħra jippremja €1,000 lid-dar tal-pubblikazzjoni ta’ kull ktieb rebbieħ. Il-kotba nħarġu minn 14-il pubblikatur u erba’ awturi awtoppubblikati, u huma frott ix-xogħol ta’ 49 awtur, traduttur, editur u illustratur differenti. Seba’ illustraturi differenti kkontribwew bl-illustrazzjonijiet tagħhom fil-kotba finalisti fil-kategoriji ta’ kotba għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. It-tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti huma r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżija, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, il-Proża Fittizja Tradotta, ir-Riċerka, u r-Riċerka Storjografika. Il-kategoriji tal-Premju għat-Tfal u ż-Żgħażagħ jinkludu l-Kotba tal-Istampi għat-Tfal (0-7 snin), il-Kotba għat-Tfal (8-12-il sena), il-Kotba tal-Istampi Tradotti għat-Tfal (0-7 snin), il-Kotba Tradotti għat-Tfal (8-12-il sena) u Letteratura għaż-Żgħażagħ. Ma kien hemm l-ebda sottomissjoni għall-kategoriji l-oħra tal-Letteratura għaż-Żgħażagħ Tradotta u l-Letteratura Sportiva għat-Tfal u ż-Żgħażagħ (etajiet 8-16), kategorija ġdida li ddaħħlet din is-sena f’kollaborazzjoni ma’ Sport Malta. Apparti dan, din is-sena l-KNK ta wkoll Premji Speċjali notevoli: fosthom il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura, il-Premju ta’ Rikonoxximent għal Illustratur u tliet premji bla preċedent għall-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb, li jixħtu dawl fuq ħidma editorjali, ta’ pubblikazzjoni u disinn eċċezzjonali fil-letteratura, fir-riċerka u fil-kitba għat-tfal u ż-żgħażagħ. Minbarra l-attenzjoni li jirċievi kull ktieb bir-rebħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u l-viżibbiltà li jieħu bil-kampanji ta’ promozzjoni li jiġu wara – kemm b’mezzi tradizzjonali u anki b’mezzi soċjali – din is-sena l-KNK żied il-promozzjoni tar-rebbieħa waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Waqt dan l-avveniment, il-kotba se jiġu promossi b’illustrazzjonijiet u stampi li jiġbdu l-attenzjoni tal-viżitaturi kollha li jattendu. Waqt id-diskors tagħha, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, aċċennat ir-rwol importanti tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb favur il-promozzjoni tal-lingwa Maltija, u r-responsabbiltà li għandna lejn l-ilsien tagħna. Waqt li rrikonoxxiet il-kreattività, ir-riċerka u l-intellett tal-kittieba Maltin, il-President ta’ Malta ħeġġet biex tkompli tissaħħaħ il-ħidma bejn il-partijiet u l-imsieħba kollha involuti, fosthom l-awturi, il-pubblikaturi, it-tradutturi u l-illustraturi flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, favur l-evoluzzjoni tal-ilsien Malti, u b’hekk il-lingwa Maltija ma titlifx ir-rikkezza u l-karattru tagħha. Il-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Malcolm Paul Agius Galea qal li l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jiċċelebra l-kwalità u d-diversità tas-settur letterarju Malti, filwaqt li jagħti pjattaforma lill-kontribut tal-awturi, il-pubblikaturi, l-illustraturi u t-tradutturi. Huwa nnota li ċ-ċerimonja ta’ din is-sena mmarkat ukoll l-ewwel avveniment tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bħala entità fi ħdan il-Ministeru għall-Kultura. Il-Ministru sellem il-memorja tal-mibki Ġorġ Mallia, u tal-kontribut tiegħu lejn is-settur. Huwa afferma mill-ġdid l-impenn tal-Gvern li jwieżen lill-kotba, il-letteratura u l-lingwa Maltija, u li jippromwovi x-xogħlijiet letterarji Maltin u jħeġġeġ lill-pubbliku ġenerali biex jaqra. Fid-diskors tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri qal li huwa onorat li l-KNK qed jerġa’ jospita din iċ-ċelebrazzjoni annwali tal-aqwa xogħlijiet letterarji Maltin f’sena partikolari, fil-preżenza ta’ għadd varjat ta’ msieħba li minn sena għall-oħra, ikomplu jarrikkixxu s-settur tal-ktieb lokali. Camilleri spjega li t-18-il premju mogħtija fis-serata huma xhieda ta’ kemm il-premju huwa rappreżentattiv ta’ xena letterarja dinamika u li dejjem tevolvi. Huwa tkellem ukoll dwar il-ġejjieni tal-inizjattivi ta’ appoġġ tal-Kunsill, inkluż is-Sussidju fuq il-Kotba Stampati li tnieda riċentament, kif ukoll sforzi kontinwi għall-faċilitazzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni tal-letteratura Maltija – pass loġiku u effettiv għal pajjiż tad-daqs ta’ Malta. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja lill-membri tal-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 – Alex Vella Gregory, Audrey Friggieri, Francesca Grech, Jessica Muscat, Joseph Gravina, Lara Calleja, Mario Cardona, Moira Scicluna Zahra, Roberta Bajada u Valerie Visanich. Ringrazzjament speċjali jmur għand Margaret Callus minn Malta Libraries li evalwat il-klassifikazzjoni ta’ kull ktieb sottomess fil-kategorija tiegħu. IL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB 2026 RUMANZI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ Eħlisna mid-deni ta’ Karl Schembri (Merlin Publishers) NOVELLI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ Is-sajf mhux għat-tfal ta’ Lon Kirkop (Merlin Publishers) POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ dahri darek ta’ Klara Vassallo (Awtoppubblikat) DRAMA Il-Każin tal-Imqarbin ta’ Luke Saydon (Saydon Studio) PROŻA FITTIZJA TRADOTTA Isem il-Warda (Umberto Eco) ta’ Adrian Stivala (Klabb Kotba Maltin) LETTERATURA MHUX FITTIZJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ Qarn ta’ Romeo Roxman Gatt (Aphroconfuso) RIĊERKA The Malta Royal Opera House Power, Culture, and the Stage ta’ Vicki Ann CremonaRIĊERKA STORJOGRAFIKAA Mediterranean History of Modern Art Volume 1: Tension between History and Metahistory ta’ Giuseppe Schembri Bonaci (awtur); Nikki Petroni (editriċi) (Horizons) L-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB 1. be;n il-kmiem, ippubblikat minn Merlin Publishers, miktub minn Leanne Ellul 2. dahri darek, iddisinjat minn Kotba Calleja, miktub minn Klara Vassallo 3. Wrinkles, ippubblikat minn Midsea Books, miktub minn Paul Caruana LETTERATURA SPORTIVA GĦAT-TFAL U Ż-ŻGĦAŻAGĦ (ETAJIET 8-16) L-ebda sottomissjoni PREMJU TA’ RIKONOXXIMENT GĦAL ILLUSTRATUR Mark Scicluna PREMJU TA’ KONTRIBUT SIEWI FIL-QASAM TAL-KOTBA U L-LETTERATURA Joe Friggieri IL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB GĦAT-TFAL U Ż-ŻGĦAŻAGĦ KOTBA TAL-ISTAMPI GĦAT-TFAL (ETAJIET 0–7) Tales from San Anton Gardens: The Garden and I ta’ Francesca Tabone (Faraxa Publishing) KOTBA GĦAT-TFAL (ETAJIET 8–12) Kaħlani: Skoss pożi u karamboli ta’ Clare Azzopardi u Leanne Ellul (Merlin Publishers) LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ Ta’ Taħt Fuq: Il-Missjoni tal-Mostru ta’ Matthew Schembri (Merlin Publishers) KOTBA TAL-ISTAMPI TRADOTTI GĦAT-TFAL (ETAJIET 0–7) Lupu Lupettu jħobb id-dinosawri ta’ Matthew Schembri (Merlin Publishers) KOTBA TRADOTTI GĦAT-TFAL (ETAJIET 8–12) Malvarina: Irrid insir saħħara ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers) LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TRADOTTA L-ebda sottomissjoni SHARE POST Related Articles Il-KNK impenjat li joffri aktar inizjattivi li jsaħħu l-ħiliet wara s-suċċess tal-kors tal-editjar News 22nd September, 2026 Read More L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More Jitħabbru l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 News 25th August, 2026 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-KNK Isellem il-Memorja tal-Aġent Ingliż u l-Ambaxxatur Letterarju għal Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More view all similar news
Il-KNK impenjat li joffri aktar inizjattivi li jsaħħu l-ħiliet wara s-suċċess tal-kors tal-editjar News 22nd September, 2026 Read More
L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More
Il-KNK Isellem il-Memorja tal-Aġent Ingliż u l-Ambaxxatur Letterarju għal Malta Simon Trewin News 2nd July, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More