Home / News / Festivals, Fondi u Inizjattivi fl-2022: Niżżel id-dati back to news Festivals, Fondi u Inizjattivi fl-2022: Niżżel id-dati Esportazzjoni letterarja • Festivals • Fondi • Inizjattivi • Konkorsi Letterarji • London Book Fair • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 25th January, 2022 Fit-22 ta’ Jannar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) tella’ l-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni għall-Awturi u l-Pubblikaturi, li fiha tħabbru d-dati tal-avvenimenti u inizjattivi ewlenin tiegħu għall-2022, fosthom ir-reviżjoni strateġika tad-dati tal-Festival Nazjonali tal-Ktieb u tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kunsill informa lill-imsieħba dwar il-bidliet fil-Fond Malti tal-Ktieb u l-applikazzjoni għall-ISBN/ISMN, u leħħen il-viżjoni tiegħu għat-tnax-il xahar li ġejjin. Il-pjan ta’ żvilupp tal-KNK għal bejn l-2022 u l-2024 jimmira għal esperjenza ta’ tkabbir mill-imsieħba tiegħu, u għal ameljorament tal-qagħda tal-ktieb Malti lokalment u lilhin. L-objettiv tal-KNK hu li jissaħħaħ fit-trasparenza u l-qsim tal-informazzjoni dwar dak li għandu x’jaqsam mal-amministrazzjoni tal-konkorsi u l-premji, u anki fis-servizzi kollha offruti lill-imsieħba. F’dal-kuntest il-KNK se jkun qed iniedi l-Publishing Entities Survey 2021 f’ħidma mal-NSO fil-ġimgħat li ġejjin. Bħala parti minn proċess ta’ tiġdid tal-avvenimenti ewlenin tal-Kunsill, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 se jsir eqreb lejn il-festi, jiġifieri bejn it-23 u s-27 ta’ Novembru, sabiex l-industrija tkun megħjuna tikkapitalizza mill-iskonti tal-Milied. Iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb se ssir fl-4 ta’ Novembru 2022, u se tkun tinkludi kemm il-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti. Dan se jgħin sabiex jogħla l-prestiġju tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u sabiex il-promozzjoni tal-kotba rebbieħa tkun tista’ ssir waqt il-Festival aktar tard. Bis-saħħa ta’ għarfien tas-suq lokali tal-pubblikazzjoni, il-KNK se jkun qed iżid żewġ kategoriji tant meħtieġa fil-Fond Malti tal-Ktieb, jiġifieri fond għar-ripubblikazzjoni ta’ kotba klassiċi Maltin, u ieħor li jwieżen it-traduzzjoni ta’ siltiet minn ktieb sabiex jintużaw biex iqajmu interess minn pubblikaturi lokali u internazzjonali. Hemm kampanji promozzjonali u ta’ marketing multimedjali fil-pjanijiet, fosthom trailers awdjoviżivi ta’ kotba, inizjattiva dwar l-aħjar kotba Maltin, u poddata letterarja. L-esportazzjoni letterarja hija vitali għall-industrija tal-kotba Maltija, u l-KNK iħabrek kontinwament sabiex iqabbad awturi lokali ma’ pubblikaturi barranin. Il-Kunsill kommess sabiex fl-2022 u l-2023 isaħħaħ il-kuntatti barranin li għandu u jixpruna inizjattiva sabiex titwaqqaf aġenzija letterarja u l-infrastruttura li twieżen lil awturi u pubblikaturi biex jidħlu fi swieqi tal-pubblikazzjoni barranin. Inħarsu ’l quddiem għal sena mimlija xogħol, kotba, u letteratura. Niżżel id-dati IL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB Ftuħ is-sejħa: 8 ta’ Marzu – 28 ta’ Marzu 2022 Iċ-ċerimonja: 4 ta’ Novembru 2022 Aktar informazzjoni: https://ktieb.org.mt/mt/premju-nazzjonali-tal-ktieb/ Mad-daqqa t’għajn – 8 premji bejn kategoriji letterarji u ta’ riċerka, u 6 għat-Terramaxka (kotba għat-tfal u l-adolexxenti) – Konkors kompetittiv – Aġġudikazzjoni indipendenti – PREMJI GĦAL XOGĦLIJIET ORIĠINALI: €4,000 – PREMJI GĦAL TRADUZZJONIJIET (Terramaxka biss): €2,000 – PREMJI SPEĊJALI: €4,000 FESTIVAL TAL-KTIEB FUQ IL-KAMPUS Dati: 23-25 ta’ Marzu 2022 Applikazzjoni għall-esebituri: 27 ta’ Jannar sat-3 ta’ Frar 2022 FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB 2022 Dati: 23-27 ta’ Novembru Applikazzjoni għall-esebituri: 24 ta’ Mejju sal-24 ta’ Ġunju 2022 Aktar informazzjoni: ktieb.org.mt LONDON BOOK FAIR – MILL-5 SAS-7 TA’ APRIL 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jirrappreżenta lill-awturi u pubblikaturi Maltin waqt il-London Book Fair. Mad-daqqa t’għajn – Se niġbdu l-interess għall-pubblikazzjoni ta’ kotba Maltin fi traduzzjoni; – Se niltaqgħu ma’ kuntatti antiki u aġenziji letterarji ġodda sabiex nikkuntrawalizzaw ftehimiet ġodda; – Se ntellgħu seminar u sessjonijiet ta’ qari sabiex nippromwovu l-letteratura Maltija ma’ qarrejja u pubblikaturi interessati IL-KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA DOREEN MICALLEF Ftuħ is-sejħa: 14 ta’ Ġunju sad-19 t’Awwissu 2022 Aktar informazzjoni fuq https://ktieb.org.mt/mt/il-konkors-nazzjonali-tal-poezija-doreen-micallef/ Mad-daqqa t’għajn L-EWWEL PREMJU: €1,000 IT-TIENI PREMJU: €100 IT-TIELET PREMJU: €50 – Aġġudikazzjoni indipendenti – Il-poeżiji evalwati anonimament – Konkors kompetittiv – Għal poeżiji bil-Malti li ma jaqbżux is-36 vers IL-FOND MALTI TAL-KTIEB Ftuħ is-sejħa: 19 ta’ April Għeluq is-sejħa: 30 ta’ Ġunju 2022 Tħabbir tar-riżultati: 24 t’Awwissu 2022 Aktar informazzjoni: https://ktieb.org.mt/mt/il-fond-malti-tal-ktieb/ Mad-daqqa t’għajn BAĠIT ANNWALI: €120,000 GĦOTJA MASSIMA: €500-€5,000 – Għal kotba fl-stadju ta’ proġett (mhux ippubblikati) – Biex jiġu ssussidjati pubblikazzjonijiet mhux vijabbli kummerċjalment – Biex iwieżen traduzzjonijiet mill-Malti u fil-Malti – Biex iwieżen ir-ripubblikazzjoni lokali ta’ klassiċi Maltin – Biex iwieżen it-traduzzjoni ta’ siltiet minn kotba li jintużaw biex iqajmu interess minn pubblikaturi lokali u internazzjonali – Aġġudikazzjoni indipendenti JEDDIJIET TAS-SELF PUBBLIKU (PLR) Applikazzjonijiet milqugħa s-sena kollha Il-formola tal-applikazzjoni u aktar informazzjoni fuq https://ktieb.org.mt/mt/jeddijiet-tas-self-pubbliku/ Mad-daqqa t’għajn BAĠIT ANNWALI: €60,000 ĦLAS MASSIMU F’SENA: €5,000 – Għal awturi; koawturi; illustraturi u fotografi (50% jew aktar mill-kontenut); edituri – Ħlas maħruġ kull tliet xhur – Skema estiża għal kotba mislufa mil-Librerija tal-Università ta’ Malta (ISBNS lokali) – maħruġ kull sena – Fondi allokati għal kull perjodu li jinqasmu bil-perċentwal skont l-istatistika tas-self ISBN u ISMN Applikazzjonijiet milqugħa s-sena kollha Il-formola tal-applikazzjoni u aktar informazzjoni fuq https://ktieb.org.mt/mt/isbn/ Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – X’inhu xogħolna? – Norganizzaw avvenimenti nazzjonali u internazzjonali, minn uħud żgħar sa oħrajn kbar: il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus; – Naġixxu bħala aġenzija letterarja għall-awturi u l-pubblikaturi f’fieri barranin tal-kotba; – Norganizzaw konkorsi letterarji; – Namministraw il-ħlasijiet tal-jeddijiet tas-self pubbliku (PLR), u l-ISBN u l-ISMN – Nikkordinaw, niffaċilitaw, u nissussidjaw proġetti lokali u ta’ esportazzjoni letterarja (Il-Fond Malti tal-Ktieb); – Namministraw fondi awdjoviżivi għal produzzjonijiet ta’ kotba relatati mal-letteratura SHARE POST Related Articles Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More view all similar news
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More